Inkwiżizzjoni Spanjola

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
San Duminku jippresidi fuq Auto-de-fe, pittura ta' Pedro Berruguete, (1450 - 1504). Fil-fatti l-ewwel Auto-de-fe Spanjola saret fl-1481 u San Duminku miet fl-1221.

L-Inkwiżizzjoni Spanjola kienet qorti kostitwita legalment taħt Fernandu u Iżabella ta' Kastillja fl-1478 biex twaqqaf l-ereżiji fi ħdan il-Knisja Kattolika. Wara sfrozi biex il-Lhud u l-Musulmani jikkonvertu għall-Kristjaneżmu - b'pressjonijiet soċjali u ekonomiċi, kif ukoll b'eventi speċjali bħal Disputation at Tortosa fl-1413 - il-monarkija Spanjola indunat illi ħafna minn dawk "konvertiti" baqgħu fidili lejn it-tradizzjonijiet u l-prattiċi oriġinali tagħhom. L-Inkwiżizzjoni ġiet formulata, taħt il-kontroll tal-monarkija Spanjola, bħala mezz biex jiġu identifikati u puniti dawn il-konvertiti.

Fl-istorja ta' l-Inkwiżizzjoni Kattolika, l-Inkwiżizzjoni Spanjola hija probabbilment l-iktar waħda magħrufa, partikolarment l-auto de fe (mt: att ta' fidi), ta' Musulmani, Lhud, u Illuminati konvertiti. L-Inkwiżizzjoni tat ukoll bidu għall-Inkwiżizzjoni Peruvjana u l-Inkwiżizzjoni Messikana, li komplew anke wara li dawn il-pajjiżi nfirdu minn ma' Spanja.

L-Inkwiżizzjoni ġiet xolta taħt Napuljun fl-(18081812), imma riinstitwita meta Ferdinandu VII ta' Spanja ħa t-tron. L-Inkwiżizzjoni ġiet uffiċjalment imtemma fil-15 ta' Lulju 1834. Is-Surmast ta' l-iskola Cayetano Ripoli, maqtul f'Valencia fis-26 ta' Lulju 1826 (allegatament għax għallem prinċipji Deisti), kien l-aħħar persuna li ġie maqtul mill-Inkwiżizzjoni Spanjola.

Ħoloq esterni[editja]