Il-Portal tas-Saħħa-UE

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Id- Direttorat Ġeneral tas-Saħħa u l-Konsumatur tal-Unjoni Ewropea għandu l-pjaċir jippreżenta l-Portal ta' l-UE dwar is-Saħħa [1]. (il-portal uffiċjali ta’ l-UE dwar is-saħħa pubblika) li jwassallek firxa wiesgħa ta’ informazzjoni u dejta dwar kwistjonijiet u attivitajiet marbuta mas-saħħa kemm fl-Ewropa kif ukoll fid-dinja. L-għan ewlieni ta’ dan il-Portal tematiku huwa li jipprovdi liċ-ċittadini Ewropej aċċess faċli għal informazzjoni komprensiva dwar inizjattivi u programmi marbuta mas-Saħħa Pubblika fil-livell ta’ l-UE. Il-portal huwa maħsub biex jgħin fil-kisba ta' l-għanijiet ta' l-UE fil-qasam tas-Saħħa Pubblika. Għandu jservi ta’ mezz importanti biex titwassal influwenza pożittiva li tħeġġeġ li kull ma jmur is-saħħa pubblika fil-27 Stat Membru ta' l-UE titjieb u li tinkoraġġixxi lil dak li jkun biex iġib ruħu b’mod li jtejjeb l-istat ta’ saħħtu.


Għal min huwa mmirat il-Portal[editja]

Il-Portal ta' l-UE dwar is-Saħħa huwa mmirat lejn dawk li jixtiequ jżommu rwieħhom infurmati dwar il-kwistjonijiet li jaffettwawlhom saħħithom, u lejn dawk li jixtiequ jkunu aġġornati mal-politiki u d-deċiżjonijiet meħuda fil-livell ta' l-UE u dawk nazzjonali u internazzjonali. Dan il-Portal huwa wkoll sors importanti ta' informazzjoni għall-professjonisti, l-amministrazzjonijiet, dawk li jfasslu l-politika u l-partijiet kollha interessati fil-qasam tas-saħħa.Fl-istess waqt huwa aċċessibbli għal kulħadd, inklużi l-anzjani u l-persuni li għandhom xi forma ta' diżabbiltà, billi jsegwi r-regoli rikonoxxuti internazzjonalment dwar l-aċċessibbiltà. Lill-utenti esperti, il-Portal jipprovdilhom ukoll aċċess għad-dejtabejżis statistiċi konnessi mas-saħħa pubblika.

Għanijiet[editja]

Il-qarrejja jistgħu jaċċessaw bla difikultà l-informazzjoni li għandhom bżonn permezz ta’ struttura tematika sempliċi li tippreżenta l-aspetti konnessi mas-saħħa li jolqtu lil dak li jkun u l-ambjent tiegħu. Kull tema twassal għas-subtemi konnessi magħha – pereżempju L-Istil ta’ Ħajti twassal għas-sezzjoni dwar in-Nutriment – fejn wieħed isib firxa komprensiva ta’ informazzjoni u ħoloq għall-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea. Il-politiki nazzjonali dwar kull suġġett jistgħu jinstabu fis-sezzjoni dedikata għall-Istati Membri. Hemm disponibbli wkoll f’sezzjoni apposta informazzjoni dwar il-kontributi ta’ l-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi Ewropej u l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali għall-benefiċċju ta’ l-iżvilupp ta’ kwistjonijiet ta’ saħħa pubblika. Meta jkunu disponibbli, il-ħoloq diretti jieħdu ’l-qarrej minnufih fil-paġna dwar is-suġġett meħtieġ. Is-sezzjonijiet dedikati għall-Aħbarijiet, l-Avvenimenti tematiċi ewlenin li jkunu qed iseħħu madwar l-Ewropa u l-Istqarrijiet għall-Istampa jżommu lil dak li jkun aġġornat u jagħtuh l-opportunità li jinvolvi ruħu f'deċiżjonijiet u avvenimenti ewlenin fil-qasam tas-saħħa fil-livelli nazzjonali, trans-fruntierjali u internazzjonali. Il-Portal joffri wkoll l-atti Leġiżlattivi adottati mill-Istituzzjonijiet Komunitarji, u l-Pubblikazzjonijiet ta’ l-UE, biex b'hekk jipprovdi aċċess faċli għall-għanijiet ta' l-Unjoni Ewropea u l-mezzi li din tapplika sabiex tilħaqhom.

Saħħa UE - ittra elettronika[editja]

Flimkien mal-informazzjoni vasta li hemm fil-portal, darbtejn fix-xahar l-ittra tal-aħbarijiet elettronika tagħtik għażla tal-aktar aħbarijiet reċenti u l-attivitajiet fil-qasam tas-saħħa pubblika kemm fuq il-livell Ewropew u dak internazzjonali.

Ħoloq esterni[editja]

Referenzi[editja]