Hugo (film)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Hugo (film)

Chloë Grace Moretz u Asa Butterfield f'xena tal-film
Lingwa oriġinali Ingliż
Pajjiż tal-produzzjoni L-Istati Uniti
Sena 2011
Tul 127 min
Kulur kulur
Ġeneru avventura, fantastiku, drammatiku
Suġġett Brian Selznick
Reġista Martin Scorsese
Xeneġġjatura John Logan
Produttur Martin Scorsese, Johnny Depp, Tim Headington, Graham King
Produttur eżekuttiv David Crockett, Barbara De Fina, Christi Dembrowski, Georgia Kacandes, Charles Newirth, Emma Tillinger Koskoff
Fotografija Robert Richardson
Montaġġ Thelma Schoonmaker
Effetti speċjali Simon Cockren
Mużika Howard Shore
Xenografija Dante Ferretti, Francesca Lo Schiavo
Kostumi Sandy Powell, Fola Solanke
Atturi
  • Asa Butterfield: Hugo Cabret
  • Chloë Grace Moretz: Isabelle
  • Ben Kingsley: Georges Méliès
  • Sacha Baron Cohen: Ispettur tal-ferrovija Gustav
  • Jude Law: missier Hugo
  • Christopher Lee: Monsieur Labisse
  • Helen McCrory: Mama Jeanne
  • Michael Stuhlbarg: René Tabard
  • Marco Aponte: Julien Carette
  • Emily Mortimer: Lisette
  • Ray Winstone: Zio Claude
  • Frances de la Tour: Madame Emile
  • Richard Griffiths: Monsieur Frick
  • Ben Addis: Salvador Dalì
  • Robert Gill: James Joyce
  • Emil Lager: Django Reinhardt
  • Kevin Eldon: Pulizija

Hugo huwa film tal-avventura Amerikan tal-2011, 3D ibbażat fuq ir-rumanz ta' Brian Selznick The Invention of Hugo Cabret dwar tifel li kien jgħix waħdu fi stazzjon tal-ferrovija f'Pariġi. Il-film kien dirett minn Martin Scorsese u miktub minn John Logan. Koprodott minn GK Films ta' Graham King u Infinitum Nihil ta' Johnny Depp. Fil-partijiet ewlenin, Asa Butterfield, Chloë Grace Moretz, Ben Kingsley, Sacha Baron Cohen, Helen McCrory, Ray Winstone, Emily Mortimer, Jude Law u Christopher Lee.

Il-film irċieva riċensjonijiet tajbin ħafna, b'ħafna mill-kritiċi jfaħħru l-viżwal, ir-reċtar u d-direzzjoni. Xi uħud sejħulu l-aqwa film 3D tad-deċennju. Fl-84 Academy Awards, Hugo rċieva ħames Oscars — għal Best Cinematography, Best Art Direction, Best Visual Effects, Best Sound Mixing, u Best Sound Editing — u bl-ikbar numru ta' nominazzjonijiet - ħdax.

It-trama[editja]

Fl-1931, Hugo Cabret (Asa Butterfield), tifel ta' tnax-il sena, kien jgħix ma' missieru armel (Jude Law), arluġġar mustaċċun f'Pariġi. Missieru kien jieħdu jara l-films b'mod speċjali dawk ta' Georges Méliès. Il-missier imut f'nirien li qabdu f'mużew, u Hugo beda jitrabba minn zijuh (Ray Winstone), arluġġar sakranazz li kien jieħu ħsieb l-arloġġi tal-istazzjon tal-ferrovija Gare Montparnasse. Zijuh jgħallmu jieħu ħsieb l-arloġġi imbagħad jgħib. Wara jinstab li jkun għereq.

Hugo jgħix fl-istazzjon, isewwi l-arloġġi, jisraq l-ikel, u jaħdem fuq l-iktar proġett ambizzjuż ta' missieru: isewwi robot ta' raġel li suppost seta' jikteb. Konvint li dan ir-robot kellu messaġġ mingħand missieru, Hugo jagħmel minn kollox biex isewwih. Jisraq biċċiet mekkaniċi, iżda jinqabad minn sid ta' ħanut tal-ġugarelli, Papa Georges (Ben Kingsley), li jieħu l-ktieb tan-noti ta' Hugo li fih kellu disinni kif se jsewwi r-robot.

Biex jerġa' jieħu l-ktieb tan-noti, Hugo jsegwi lil sid il-ħanut f'daru u jiltaqa' ma' Isabelle (Chloë Grace Moretz), iltima tamparu u l-filjozza ta' Georges. Twiegħdu li se tgħinu. L-għada, Georges jagħti koċċ irmied lil Hugo, u jgħid li dawk kienu l-fdal tal-ktieb, imma Isabelle tgħidlu li l-ktieb ma kienx inħaraq. Fl-aħħar iħalli lil Hugo jieħu l-ktieb lura jekk jaħdimlu sakemm ipatti għal dak kollu li kien seraq.

Hugo jaħdem fil-ħanut, u biż-żmien jirnexxilu jsewwi r-robot imma jkun jonqsu biss parti waħda, ċavetta f'forma ta' qalb.

Hugo jintroduċi lil Isabelle għall-films, xi ħaġa li parrinuha ma kienx iħalliha tara, filwaqt li hi tintroduċi lil Hugo għal ħanut tal-kotba li sidu (Christopher Lee) għall-ewwel ma jafdax lil Hugo. Isabelle ikollha ċ-ċavetta tar-robot. Meta jużaw iċ-ċavetta biex jattivaw ir-robot, dan jipproduċi tpinġija ta' xena ta' film, iffirmata minn Georges Méliès. Hugo jiftakar li dak kien l-ewwel film li kien ra missieru (Voyage to the Moon) u Isabelle tagħraf il-firma ta' parrinuwha, Papa Georges, u t-tnejn joħduha d-dar għal iktar spjegazzjoni.

Hugo juri lil mart Georges, Mama Jeanne (Helen McCrory) it-tpinġija li għamel ir-robot, imma ma qaltilhom xejn u ħbiethom ġo kamra meta wasal id-dar. Filwaqt li kienu mistoħbijin, Isabelle u Hugo sabu gabinett sigriet u minnu ħarġu stampi ta' Georges - il-ħsejjes jismagħhom Georges, li jirrabja ħafna u jkeċċi 'l barra lil Hugo għax iħossu tradut.

Sid il-ħanut tal-kotba jagħti ktieb lil Hugo u Isabelle fuq l-istorja tal-films u jistagħġbu kif l-awtur, Rene Tabard (Michael Stuhlbarg), jgħid li Méliès kien miet fl-Ewwel Gwerra Dinjija. Tabard jippreżenta ruħu hu nnifsu, u t-tfal jgħidulu li Méliès kien ħaj. Tabard, li kien iħobb il-films ta' Méliès, kellu kopja ta' Voyage to the Moon, maħsuba li kienet l-aħħar kopja ta' film ta' Méliès. Hugo jikkonvinċi lil Tabard imur id-dar ta' Georges. Dak il-lejl Hugo joħlom li ttajjar minn ferrovija meta jipprova jieħu ċ-ċavetta f'forma ta' qalb mil-linja tal-ferrovija, ri-kreazzjoni tax-xena tal-inċident ta' Montparnasse. Meta jqum, jisma' ħoss qawwi ta' tektik u jinduna li ġej minn sidru u f'daqqa waħda jieħu l-forma ta' robot, sakemm imbagħad iqum.

Hugo, Isabelle u Tabard imorru d-dar ta' Georges, u għall-ewwel Jeanne tgħidilhom biex imorru qabel ma żewġha jqum. Iżda, Jeanne taċċetta li jaraw Voyage to the Moon meta Tabard ifaħħarha bħala attriċi sabiħa fil-films ta' Georges. Kif jintemm il-film, jidher Georges li jispjega kif beda jagħmel il-films, kif ivvinta l-effetti speċjali, u kif tilef il-faxxinu tal-films meta bdiet l-Ewwel Gwerra Dinjija, wara li kellu jbigħ il-films bħala kimika biex jaqla' l-flus, u kellu jiftaħ ħanut tal-ġugarelli biex ikun jista' jgħix. Ħaseb li r-robot li kien ħoloq kien spiċċa fin-nirien tal-mużew u ma kien baqa' xejn mill-ħidma ta' ħajtu.

Hugo imur lura l-istazzjon biex iġib ir-robot, biex jagħti sorpriża lil Georges, iżda l-ispettur tal-istazzjon (Sacha Baron Cohen) bil-kelb iwaqqfu. Hugo jaħrab u jmur fil-quċċata tat-torri tal-arloġġ u jaħrab billi jitla' fuq il-minutieri tal-arloġġ. Kif l-ispettur jitlaq, jitlaq jiġri bir-robot, imma l-ispettur jonsbu u jarmilu r-robot fuq il-linja tal-ferrovija. Hugo kważi ttajru ferrovija imma uffiċjal isalvah u jżommu fil-kura tiegħu. Hugo jitlob lil uffiċjal iħallih, jasal Georges u jgħidlu li Hugo kien fil-kura tieghu. L-uffiċjal iħallih imur.

Fl-aħħar tal-film, Georges jintroduċi ċerimonja li fiha ningħat rikonoxximent lill-films tiegħu b'Tabard iħabbar li iktar minn 80 film instabu jew ġew restawrati. Georges jirringrazzja lil Hugo għal dak li jagħmel u jistieden lill-udjenza ssegwi l-ħolma tiegħu, "follow his dreams".

Riferenzi storiċi[editja]

Ħafna mill-ħajja ta' Georges Méliès kif murija fil-film hija eżatta: tassew li beda jinteressa ruħu fil-films wara li ra dimostrazzjoni tal-kamera tal-aħwa Lumière, tassew li kien illużjonista u kien jaħdem il-ġugarelli, tassew li kien jesperimenta bir-robots, tassew li kellu teatru(Theatre Robert-Houdin), li spiċċa fallut, il-films tiegħu nħallu għaċ-cellulose, beda jbigħ il-ġugarelli fl-istazzjon ta' Montparnasse u finalment ingħata l-midalja Légion d'honneur wara perjodu terribbli fejn kien assolutament minsi. Ħafna mis-silent films tal-bidu murija fil-film huma xpgħlijiet veri ta' Méliès bħal Le voyage dans la lune (1902).

Id-disinn għar-robot kien wieħed ispirat minn dak li għamel arluġġar Svizzeru Henri Maillardet, li Selznick kien ra fi Franklin Institute, Philadelphia, u r-robot ta' Jaquet-Droz "the writer".

Emil Lager, Ben Addis, u Robert Gill jidhru ukoll fil-film bħala Django Reinhardt, missier il-kitarra jazz taż-żingari, Salvador Dalí, il-pittur surrealista Spanjol, u James Joyce, awtur Irlandiż.

Il-ktieb li Monsieur Labisse jagħti lil Hugo bħala rigal, Robin Hood le proscrit, inkiteb minn Alexandre Dumas fl-1864 traduzzjoni mill-oriġinal Ingliż ta' Pierce Egan the Younger.