Hilma af Klint

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Ritratt fotografiku meħud minn fotografu mhux magħruf madwar l-1900 jew qabel

Hilma af Klint (1862-1944) kienet pittriċi Żvediża, pijuniera tal-arti astratta.

Bijografija[editja]

Kienet ir-raba'waħda mill-ulied tal-Kaptan Victor af Klint, kmandant navali Żvediż, u Mathilda af Klint (imwielda Sonntag). Hilma af Klint kienet tqatta' s-sjuf mal-familja fir-razzett tagħhom Hanmora fuq il-gżira ta' Adelsö fil-Laq Mälaren. Ff'dan l-ambjent idilljaku Hilma ġiet fil-qrib man-natura kmieni f'ħajjitha u din l-asssoċjazzjoni profonda mal-forom naturali kienet ħa tkun ta' ispirazzjoni fix-xogħol tagħha. Minn missierha wirtet interess fil-matematika.

Fl-1880 mietet Hermina oħtha iżgħar minnha u f'daż-żmien bdiet tiżviluppa l-ħajja spiritwali tagħha.

Minn kmieni wriet talent għall-arti viżiva u meta l-familja marru joqogħdu Stokkolma bdiet tistudja fl-Akkademja tal-Belli Arti. Hemm damet ħames snin li matulhom tgħallmet il-pittura tar-ritratti u l-veduti. Hawn iltaqgħet ma' Anna Cassel, l-ewwel waħda mill-erba' nisa li aktar tard ħadmet magħhom f'"Il-Ħamsa" (de fem), grupp ta' artisti li kellhom l-istess idejat bħalha. Mill-pittura konvenzjonali kellha d-dħul finanzjarju waqt li fl-istess ħin kienet qiegħda tkompli x-xogħol astratt li kien iżjed importanti għaliha.

Eftersommar (Tard fis-sajf) xogħol naturalistiku bikri an early impinġii minn af Klint fl-1903. Eżempju tax-xogħlijiet li wriet fil-pubbliku matul ħajjitha

Mill-bidu tal-1896 Hilma af Klint bdiet tiffrekwenta l-gruppi spiritwalisti u okkultisti. Flimkiena ma' ħbiebha ta' "Il-Ħamsa" kienet tikteb u tpinġi fi stat ta' katalessi. Fl-1906 bdiet waħda mis-sensieli artisitċi karatteristiċi: Il-pitturi għat-tempju. Fl-1908 saret taf lil Rudolf Steiner, membru eminenti tas-Soċjetà Teosofika u fundatur tal-Antroposofíja.

Hilma af Klint waqfet mill-pittura biex tieħu ħsieb ommha u marret toqgħod fis-subborg ta' Kungstraedgaarden. Reġgħet lura għax-xogħol artistiku fuq il-pitturi għat-tempju sal-1912 u lestiethom fl-1915. Is-sena ta' wara pinġiet is-sensiela astratta Parsifal u fl-1917, is-sensiela Atomu.

Fl-1920, sena wara li mietet ommha marret Suiza, fejn iltaqgħet ma' Rudolf Steiner. Hemmhekk daħlet fis-Soċjetà Teosofika u studjat il-kitba tiegħu. Fil-pittura ħadmet sensiela fuq ir-reliġjonijiet il-kbar tad-dinja.

Fl-1925, telqgħet il-pittura għal kollox biex tiddedika ruħha għall-istudji teosofiċi. Mietet f'inċident fl-1944.

Xogħlijiet artistiċi[editja]

Svanen (Ċinju), Nru. 17, Grupp IX, Sensiela SUW, Ottubru 1914 - Marzu 1915. Dan ix-xogħol astratt qatt ma ntwera matul ħajjet af Klint.

Kienet innovatriċi radikali ta' tip ta' arti mbiegħda mir-realtà viżibbli u naturalistika u sas-sena 1906, kienet diġà żvilluppat bil-moħbi lingwaġġ astratt. Il-pitturi ta’ Hilma af Klint mhumiex sempliċement astrazzjoni ta’ kulur u forma, iżda tentattiv sabiex jiġi rappreżentat dak li ma’ jidhirx, ħafna snin qabel ma dehru Wassily Kandinsky, Piet Mondrian u Kazimir Malevich, li kienu fl-aqwa tagħhom fl-ewwel snin tas-seklu għoxrin u għadhom jitqiesu bħala il-veri pijunieri tal-arti astratta.

Meta abbandunat il-lingwaġġ figurattiv naturalistiku, Hilma af Klint kienet konvinta li teżisti dimensjoni spiritwali fl-eżistenza u riedet tagħmel viżibbli il-kuntest li hu 'l hemm milli l-għajn tista' tara. Bħal xi kontemporanji tagħha hi kienet influwenzata ħafna mill-kurrenti spiritwali tal-epoka, l-aktar l-ispiritwaliżmu, it-teosofija u l-antroposofija. Kienet temmen li meta tkun qiegħda tpinġi tkun f'unjoni ma' għarfien superjuri li jibgħat messaġġi permezz tagħha. Il-pittura tagħha tesplora l-eżistenza umana f'dimensjonijiet differenti.

Hilma af Klint pinġiet iżjed minn 1000 xogħol, bejn pitturi u tpinġijiet fuq il-karta. entre pinturas y obra en papel. F'ħajjitha kienet turi biss ix-xogħol figurattiv bikri tagħha u qatt ma wriet ix-xogħol astratt. Fit-testment tagħha ornat li x-xogħol astratt ma jinteriex fil-pubbliku qabel għoxrin sena wara mewtha għax kienet konvinta li qabel mhux ħa jintfiehem u jiġi apprezzat kif ħaqqu.

Biblijografija[editja]

  • Hilma af Klint, Raster Förlag, Stockholm. Test bl-Iżvediż. ISBN 91-87214-08-3
  • Vägen till templet, Rosengårdens Förlag. Test bl-Iżvediż. ISBN 91-972883-0-6
  • Enheten bortom mångfalden, Rosengårdens Förlag. Test bl-Iżvediż. ISBN 91-972883-4-9
  • I describe the way and meanwhile I am proceeding along it, Rosengårdens Förlag. ISBN 91-972883-2-2
  • Hilma af Klint, The greatness of things The Douglas Hyde Gallery, Dublin. English text, 23 images. ISBN 0-907660-99-1
  • The Spiritual in Art, Abstract Painting 1890-1985, publ. Los Angeles County Museum of Art, 1986
  • Catherine de Zegher and Hendel Teicher (ed.) 3 X Abstraction, Yale University Press and The Drawing Center, NY, 2005
  • Åke Fant: Okkultismus und Abstraktion, die Malerin Hilma af Klint. Albertina, Wien 1992, ISBN 3-900656-17-7.
  • John Hutchinson (Hrsg.): Hilma af Klint, the Greatness of Things. Douglas Hyde Gallery, Dublin 2005, ISBN 0-907660-99-1.
  • The Message. Art and Occultism. With an Essay by André Breton. Hrsg. v. Claudia Dichter, Hans Günter Golinski, Michael Krajewski, Susanne Zander. Kunstmuseum Bochum. Walther König: Köln 2007, ISBN 978-3-86560-342-5.