Gwerra totali

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Gwerra Totali huwa kunflitt bla ebda limitu fejn pajjiż belliġerenti ikun ingaġġat f'mobiliżazzjoni totali ta' kull riżorsa li tista' tintuża, tkun hi umana, industrijali, agrikulturali, militari, naturali, jew teknoloġika bl-għan li jitkisser jew li tispiċċa kull possibiltà ta' reżistenza ta' l-għadu. Il-prattika ta' gwerra totali ilha tintuża għal sekli, imma kien biss fl-aħħar tas-seklu dsatax li l-gwerra totali ġiet identifikata mill-ħassieba bħala klassi separata ta' gwerra. Fi gwerra totali, hemm inqas differenza bejn ġellieda u ċivili meta kkumparata ma' kunflitti oħra, għax kull persuna minn pajjiż partikulari, ċivili jew suldati, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala belliġerenti u allura kontributuri fl-isforz belliku.