Gwerra Anglo-Żanżibarjana

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Gwerra Anglo-Żanżibarjana
AngloZanzibarWar.jpg
Il-ħarem tas-sultan wara l-bombardamenti
Data 09:02–09:40 EAT (06:02–06:40 UTC), 27 ta' Awwissu 1896
Post Zanzibar Town, Żanżibar
Riżultat Rebħa Brittanika
Belliġeranti
Flag of the United Kingdom.svg Imperu Britanniku Flag of the Sultanate of Zanzibar.svg Żanżibar
Kmandanti
Harry Rawson,
Lloyd Mathews
Khalid bin Bargash,
Saleh
Saħħa
900 suldat tal-armata regolari ta' Żanżibar; 150 150 Marini Rjali u baħħara fuq l-art; HMS Philomel; HMS Thrush; HMS Sparrow; HMS Racoon; HMS St George 2,800 truppa;
HHS Glasgow;
diversi mijiet ta' skjavi u servjenti preżenti f'dak il-post
Korruti
Baħħar wieħed imweġġa' Madwar 500 persuna maqtula u korruta

Il-Gwerra Anglo-Żanżibarjana kienet miġġielda bejn ir-renju Unit u Żanżibar fis-27 t'Awissu 1896. B'ħin kumplessiv ta' biss 45 minuta, din il-gwerra għandha r-rekord ta' l-iqsar gwerra fl-istorja.

Il-gwerra faqqgħet wara li s-Sultan Hamad bin Thuwaini, li bil-qalb kollha kien qiegħed jikkoopera ma' l-amministrazzjoni kolonjali tal-Brittanja, miet fil-25 t'Awissu, u n-neptui tiegħu, Khalid bin Bargash, ħataf il-poter b'kolp ta' stat. Il-Britanniċi kienu jappoġġjaw kandidat ieħor, Hamud bin Muhammed, għax kien jemmnu li setgħu jaħdmu u jmorru tajjeb miegħu, u b'hekk taw ultimatum lil Bargash biex jabdika. Bargash irrifjuta u minflok għaqqad armata ta' madwar 2,800 ruħ flimkien mal-jott armat tas-Sultan, l-H.H.S. Glasgow li kien ankrat fil-port. Filwaqt li t-truppo ta' Bargash bdew jiffortifikaw il-palazz, il-Marina Rjali ġabret ħames vapuri tal-gwerra fil-port qudddiem il-palazz (tliet krużers moderni, l-Edgar class krużer armat HMS St George, il-Pearl class krużer protett HMS Philomel, l-Archer class cruiser HMS Racoon, u żewġ gunboats HMS Thrush; HMS Sparrow). Il-Britanniċi wkoll kellhom gruppi ta' Marini Rjali biex jagħtu s-support lill-armata regolari "lealista" ta' Żanżibar, li kienet tammonta għal 900 ruħ f' żewġ battaljuni mmexxija mill-Ġeneral Lloyd Mathews, li għamel żmien bħala logutenen tal-Marina Rjali.

Avolja is-Sultan fl-aħħar iddeċieda li jinneggoza l-paċi permezz tar-rappreżentant ta' l-Istati Uniti li kien hemm fuq il-gżira, il-vapuri tal-Marina Rjali fetħu n-nar fuq il-palazz fid-9am tas-27 t'Awissu, hekk kif għalaq l-ultimatum. Il-Glasgow ġie mgħarraq fi ftit ħin, u l-palazz waqa'. Kif ra hekk, Bargash irtira malajr lejn il-konsulat Ġermaniż fejn ingħata asylum. Il-bumbardament waqaf wara 45 minuta.

Il-Britanniċi ordnaw lill-Ġemaniżi biex jagħtuhom f'idejhom lis-Sultan, iżda dan irnexxielu jaħrab bil-baħar fit-2 t'Ottubru. Huwa baqa' jgħix f'eżilju f'Dar es Salaam sakemm inqabad mill-Britanniċi fl-1916. Wara ingħata l-permess biex jgħix f'Mombasa, fejn eventwalment miet fl-1925.

Ara wkoll [editja]

Ħoloq esterni [editja]