Aqbeż għall-kontentut

Gianpaolo Bellini

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Gianpaolo Bellini
Informazzjoni personali
Twelid27 ta' Marzu 1980 (1980-03-27) (44 sena)
Sarnico, Italja
Tul1.80 m
RwolDifensur
Mixtliet
1997–1998Atalanta
Karriera professjonali
SninKlabb
1998–2016Atalanta
Tim nazzjonali
2000–2002Italja U-21

Gianpaolo Bellini (twieled fis-27 ta' Marzu 1980) huwa eks-plejer tal-futbol Taljan li kien jilgħab bħala difensur u li qatta' l-karriera kolla tiegħu ma' Atalanta.

Bellini twieled ġewwa Sarnico, provinċja ta' Bergamo, u qatta' l-karriera kollha tiegħu ma' Atalanta. Huwa lagħab l-ewwel logħba tiegħu fil-kampjonat fil-11 ta' April 1999, fil-konfront mis-Serie B kontra Verona. Dak l-istaġun lagħab 4 logħbiet.

Wara ħafna snin jilgħab bħala difensur xellugi, il-kowċ Stefano Colantuono fl-istaġun 2009–10 beda jilgħabu fuq il-faxxa l-leminija. Fis-26 ta' Lulju, 2010, Bellini u Manfredini ġeddew il-kuntratt tagħhom mal-klabb għal erba' snin oħra.

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Flimkien ma' Cesare Natali, sieħbu tat-tim, kienu imsejħa għall-Kampjonati Ewropej Under-21 2002. Huwa lagħab żewġ logħbiet f'din il-kompetizzjoni.

Atalanta

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]