Aqbeż għall-kontentut

Emmanuel Barbara

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Emmanuel Barbara
amministratur appostoliku

1 Novembru 2013 - 21 Frar 2015
Dioceses: Roman Catholic Archdiocese of Mombasa (en) Translate
2. isqof djoċesan

1 Ottubru 2011 - 5 Jannar 2018
Francis Baldacchino (en) Translate - Wilybard Lagho (en) Translate
Dioceses: Roman Catholic Diocese of Malindi (en) Translate
Ħajja
Twelid Gżirau Imsida (en) Translate, 27 Ottubru 1949
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Stat ta' Malta
Malta
Mewt Malindi (en) Translate, 5 Jannar 2018
Post tad-dfin Ċimiterju tal-Addolorata
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni saċerdot Kattoliku
Catholic deacon (en) Translate
Isqof Kattoliku

Mons. Emmanuel Barbara (Gżira, Malta, 27 ta' Ottubru 1949 - Malindi, Kenja, 5 ta' Jannar, 2018) kien Isqof Malti f’Malindi fil-Kenja għal sitt snin wara 20 sena missjunarju fl-Afrika.

Patri Franġiskan Kapuċċin

[immodifika | immodifika s-sors]

F'Settembru 1966, huwa professa Patri Franġiskan Kapuċċin.

Barbara studja l-Filosofija u t-Teoloġija u ġie ordnat qassis fl-1974.

Serva ta’ Viċi Kappillan fil-Parroċċa ta’ San Ġwann, kien jgħallem fis-Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex u kien jifforma parti mill-Moviment ta’ Kana.

Għamel sentejn bħala l-Kappillan tal-Isptar San Luqa u anke Rettur tal-Istitut ta’ Ħajja Kkonsagrata.

Serva bħala Provinċjal tal-patrijiet Kappuċċini u President tal-Konferenza Ewropea tal-Kappuċċini.

Fl-1992, beda xogħol missjunarju fil-Kenja.

Ġie ordnat Isqof ta' Malindi fil-Kenja mill-Isqof ta' Nairobi f'Ottubru 2011 u b'kollox ħadem għal 26 sena mal-foqra fl-Afrika.

Fl-2013 il-Papa Franġisku ħatar lill-Isqof Emanuel Barbara O.F.M. Cap. bħala Amministratur Appostoliku tad-Djoċesi ta’ Mombasa fejn dam sentejn f'din il-kariga.

L-Isqof Barbara nstab mejjet kmieni filgħodu tal-5 ta' Jannar 2018, fis-sodda tar-residenza tiegħu f’Malindi. L-aħbar ħasdet lil ħafna, fosthom anke għaliex l-Isqof Barbara kien għadu attiv ferm u kien għadu jaħdem bla waqfien biex itejjeb il-ħajja tal-foqra waqt li joħlom b’diversi proġetti.

Hu kien l-aħħar intervistat f’Lulju 2017 meta kien f’Malta u fl-intervista li xxandret fuq Net Television tkellem dwar il-missjoni tiegħu.

Fl-istess ġimgħa wkoll miet Isqof Malti ieħor, il-Vigarju Apostoliku Emeritu tal-Kuwait, Monsinjur Francis Adeodato Micallef.

Il-funeral tal-Isqof Barbara sar fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fis-27 ta’ Jannar. Preżenti għall-quddiesa kien hemm il-Kardinal John Njue, Arcisqof ta' Nairobi, u Mons. Martin Kivuva Musonde, Arcisqof ta’ Mombasa.

Fl-Omelija, l-Arċisqof Scicluna ddeskriva lil Barbara “bniedem li ħaddan il-faqar bħala reliġjuż kapuċċin u għexu sal-aħħar qatra bħala isqof missjunarju, tgħallem jitlob bħala kapuċċin u reliġjuż u tgħallem jittallab bħala isqof missjunarju, tgħallem jagħti ħajtu bħala kapuċċin u ta ħajtu sal-mewt bħala isqof missjunarju.”

Żied jgħid li Barbara ma kienx biss ambaxxatur ta’ Kristu, imma ambaxxatur ta’ dak kollu li hu glorjuż fil-familja Franġiskana. L-Arċisqof ikkwota mill-Iskrittura meta qal, “Kemm huma sbieħ fuq il-muntanji r-riġlejn ta’ min ixandar il-bxara t-tajba”, meta rrimarka wkoll kemm l-Isqof Barbara kien sar iħobb il-kontinent Afrikan fejn il-Mulej sejjaħlu.