Coccinella

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Wikipedija:Kif taqra' taxoboxHow to read a taxobox
Coccinella
Coccinella septempunctata
Klassifikazzjoni Xjentifika
Renju: Animalia
Fajlum: Arthropoda
Klassi: Insecta
Ordni: Coleoptera
Familja: Coccinellidae
Ġeneru: Coccinella
Linnaeus, 1758

Il-ġeneru Coccinella huwa wieħed mill-l-iktar ġeneri familjari tan-nannakoli. Tipikament, il-membri ta' dan il-ġeneru ikollhom ġwienaħ protettivi (elitra) ta' lewn aħmar jew oranġjo mżewqin b'tikkek jew faxxex ta' lewn iswed. Dan il-ġeneru għandu membri imferrxin l-iktar fl-Emisfera ta' fuq tad-dinja.

L-isem ta' dan il-ġeneru jiġi mill-kelma Latina coccineus, li tirreferi għall-kulur aħmar.

L-adulti u il-larva huma predaturi insettivori u jieklu varieta' ta' insetti żgħar. Fost dawn l-insetti insibu il-mell/l-afidi(aphids) u il-miskta(scale insects), li huma parassiti ta' prodotti agrikoli. Ċerti speċi ta' dan il ġeneru (e.ż. Coccinella septempunctata) jintużaw bħala kontroll bijoloġiku u jiġu mferrxa fl-għelieqi biex jikkontrollaw il-popolazzjoni ta' insetti parassiti.


[editja] Links Esterni

[editja] Gallery