Black metal

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Black metal huwa sotto-ġeneru estrem tal-mużika metallika. Karetteristiċi komuni ta' dan it-tip ta' ġeneru jinkludu ritmi mgħaġġla, għajjat, kitarri alterati li għandhom ħoss tremoluż, tnabar ritmiċi u strutturi mużikali inkonvenzjonali. Matul it-tmeninijiet tas-seklu 20, bosta bends tal-metall ingħaqdu flimkien sabiex jipprovaw jifformaw prototip għall-Black Metal. Magħrufa bħala l-ewwel mewġa inkludiet fiha diversi bends bħal Venom, Bathory, Hellhammer u lil Celtic Frost. It-tieni mewġa qamet fil-bidu tad-disgħinijiet tas-seklu 20, diversi bends Norveġiżi nnominati bħala "Spearheaded", ngħidu aħna bħal: Mayhem, Burzum, Darkthrone, Immortal u Emperor. Ix-xena prekarja tal-Black Metal Norveġiż kien dak li żviluppa l-istil tad-dixxendenti tagħhom f'ġeneru distint. L-isipirazzjoni tax-xeni tal-Black Metal Norveġiż emarġinaw madwar l-Ewropa u l-Amerika ta' Fuq, però jingħad li ftit mix-xeni l-oħra żviluppaw l-istil uniku tagħhom mingħajr ebda konnessjoni mal-istil diġà stabbilit Norveġiż.

Inizzjalment sinonimu mal-Metall Sataniku, il-Black Metal ta' sikwit jintlaqa' b'ostilità mill-kultura inġenerali. Dan għaliex, bosta artisti jesprimu viżjonijiet Anti-Kristjani u misantropoċi, u ħafna mill-pijunieri magħrufin bħala tat-tieni mewġa għal dan il-ġeneru kienu akkużati b'vandaliżmu fuq knejjes u b'omiċidju. Wieħed jista' saħansitra jsib moviment żgħir Neo-Nażistiku f'dan il-ġeneru hekk influwenti, minkejja l-fatt li bosta sapporters u artisti prominenti jevitaw in-Nażiżmu u jopponu l-influwenza tiegħu fuq dan il-ġeneru hekk modern u vast, li kull ma jmur qiegħed ikompli jżid fil-popolarità tiegħu. Ġeneralment, il-komunità tal-Black Metal tikkondamina t-tiftix għall-kisba ta' suċċess jew attenzjoni, għax jippreferu jżommu 'il dan il-ġeneru inviżibbli mill-maġġoranza tal-poplu peress li huwa suġġett li jaf joħloq diversi kontroversji.