Bayzo
Bayzo | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | San Pawl il-Baħar, 3 April 1947 |
Mewt | 1 Frar 2018 |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | kantant |
Strument/i tal-mużika |
vuċi bass |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Bayzo (San Pawl il-Baħar, 3 t’April, 1947 - 1 ta' Frar 2018) imwieled Anthony Camilleri u magħruf ukoll bħala Tony Camilleri, kien kantant popolari Malti.
Jibqa’ magħruf għal-leħen uniku li kellu kif ukoll għal kanzunetti mill-isbaħ fosthom Qalu li Raw li kien ħa sehem biha fil-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija tal-1986.
The Malta Bums
[immodifika | immodifika s-sors]Fis-snin sittin kien ukoll wieħed mill-kantanti ewlenin tal-grupp The Malta Bums. Tibqa' magħrufa l-kanzunetta tiegħu L-Ewwel Tfajla li ħabbejt.
Il-Bayzo flimkien ma’ Freddie Portelli, l-aħwa Paul u Mario Perrone, Tony Muscat u Tony Bartolo, kienu jiltaqgħu fl-għelieqi tal-inħawi ta' San Pawl il-Baħar u joqogħdu jdoqqu u jkantaw. Minn hemm twieldu l-Malta Bums li oriġinarjament l-isem kienu The Bums.
Ma’ The Malta Bums, il-Bayzo kien għamel sitt xhur jgħix u jdoqq fil-Ġermanja fejn hemm oriġinat il-Viva Malta lejn l-aħħar tal-1967.
Festivals
[immodifika | immodifika s-sors]Wara li kien infired minn The Malta Bums, kien għaqqad il-grupp tiegħu ‘Bayzo’s Klikka’, attiv f’bosta lukandi u nightclubs. Ħa sehem f’bosta festivals u musicals.
Kien mar għal tour fl-Awstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti fejn kanta u daqq għall-emigranti Maltin.
Irrappreżenta lil Malta f’xi konkorsi li ħa sehem fihom fil-Polonja u s-Slovakkja.
Film
[immodifika | immodifika s-sors]Bayzo kien ingħata parti fil-film tar-RAI Cristoforo Colombo (1984) li partijiet minnu nġibdu f’Malta u anki fir-Repubblika Domenikana. Hawn il-Bayzo kien għamel sitt ġimgħat fuq dan is-sett flimkien mal-atturi John Suda u Lino Mintoff.
Rock Operas
[immodifika | immodifika s-sors]Kien ħa sehem fir-rock operas Dream – l-ewwel rock opera Maltija mtellgħa fit-Teatru Manoel fl-1974.
Fl-1982, kien wieħed mill-kantanti tar-Rock Opera popolari Maltija: Ġensna u kien irrispettat għall-istil uniku tiegħu kif ukoll għall-umiltà li dejjem żamm.
Unur
[immodifika | immodifika s-sors]Nhar is-27 ta’ Ġunju 2013, il-Bayzo ingħata l-Midalja Ġieħ San Pawl il-Baħar.
Mewt
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Partit Laburista qies il-mewt tal-Bayzo bħala telfa kbira għax-xena mużikali Maltija minħabba li għal snin twal, Camilleri kien magħruf bħala wieħed mill-personaġġi ewlenin fil-qasam mużikali Malti. Filwaqt li l-PL fakkar fil-prestazzjonijiet internazzjonali tiegħu fejn ippromwova l-mużika Maltija, irrefera b’mod speċjali għall-interpretazzjoni tal-Bayzo fir-Rock Opera, Ġensna.