Amanda Michalka

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Amanda Michalka
Informazzjoni ġenerali
Isem sħiħ Amanda Joy Michalka
Magħruf AJ
Twieled 10 ta' April 1991 (1991-04-10) (32 sena)
Oriġini Kalifornja, Stati Uniti
Ġeneru Rock akustiku, pop, pop rock, electropop
Snin ta' attività 2004-preżent
Sit uffiċjali www.alyandaj.com

Amanda Joy Michalka (twieldet fl-10 ta' April 1991) hija attriċi, mużiċista u kantanta Amerikana. Qabel ma bdiet l-karriera ta' attriċi hi kienet timmudella, u illum tifforma parti mid-dwett mużikali Aly & AJ, flimkien ma' oħtha Alyson Michalka.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

AJ ħadmet parti f'numru ta' produzzjonijiet mużikali fl-iskola tagħha f'Milwaukee. Hi kienet mudella għall-katalgi. F'Marzu tal-2006, hi ddebuttat fis-serje ta' Disney Channel Cow Belles, fil-parti ta' Courtney Callum, flimkien ma' oħtha Aly. Hi kienet ukoll dehret fuq xi serati bħal Oliver Beene, Six Feet Under, The Guardian, u General Hospital.[1][2][3][4] Hi wkoll dehret flimkien m'oħtha fil-film prodott mill-MTV, Super Sweet 16: The Movie.

Fil-film The Lovely Bones ta' Peter Jackson, li se joħroġ fis-swali taċ-ċinema nhar il-11 ta' Diċembru 2009, hi se jkollha parti fih,[5] waqt li oħtha għandha rwol prinċipali fil-film Bandslam, li se joħroġ fil-31 ta' Lulju, 2009. Barra minn hekk, hi u oħtha jiffurmaw d-dwett Aly & AJ, li qed jipprepara għall-album il-ġdid li se joħroġ fis-sajf tal-2009.[6]

Filmografija[immodifika | immodifika s-sors]

Sena Titlu Rwol Noti
2002 Passions Sheridan's Daughter Episodju wieħed
Birds of Prey Young Dinah 2 episodji
2002–2004 The Guardian Shannon Gressle Staġun 2–3 (15-il episodju)
2003–2004 Oliver Beene Bonnie Staġun 1–2 (8 episodju)
2004 General Hospital Ashley B. 3 episodji
Six Feet Under Ashley 2 episodji
2006 Haversham Hall Sam Tillar Kien ġie iffilmjat, però ġie kanċellat qabel ma ġie mxandar.
Cow Belles Courtney Callum Magħmul għat-televixin (Disney Channel)
2007 Super Sweet 16: The Movie Sara Connors Magħmul għat-televixin (MTV Films)
2009 The Lovely Bones Clarissa Produzzjoni kurrenti

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-03-25. Miġbur 2009-03-19.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  2. ^ "Aly & AJ, 11/05 - Interviews" (bl-Ingliż). Christian Music Today. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-09-11. Miġbur 2009-03-19.
  3. ^ "Tweenage Riot" (bl-Ingliż). Blender.
  4. ^ "Grounded in Faith - Today's Christian" (bl-Ingliż). Today's Christian.
  5. ^ "Aly & AJ Writing New Songs, Plot Films" (bl-Ingliż). Billboard. 2008-01-10.
  6. ^ "New Album Delayed?" (bl-Ingliż). Aly & AJ Reaction. 2009-11-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-01-22. Miġbur 2009-03-19.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]