Alessandru Manju
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Alessandrju Manju | |
Alessandru jiġġieled lir-re Persjan Darju III. Mill-Mużajk ta' Alessandru, minn Pompej, Napli, Mużew Arkeoloġiku Nazzjonali ta' Napli. |
|
| Renju | 336 - 323 q.K. |
|---|---|
| Twelid | 20 ta' Lulju 356 q.K. |
| Post tat-twelid | Pella, Renju tal-Maċedonja |
| Mewt | 11 ta' Ġunju 323 q.K. (32 sena) |
| Post tal-mewt | Babilonja |
| Predeċessur | Filippu II |
| Suċċessur | Alessandru IV |
| Nisa | Rossana Statejra II |
| Dixxendenti | Alessandru IV |
| Missier | Filippu II |
| Omm | Olimpja ta' Epiru |
Alessandru Manju (bil-Grieg: Αλέξανδρος ο Μέγας jew Μέγας Aλέξανδρος,[1], magħruf ukoll bħala Alessandru III tal-Maċedonja, kien ġeneral kbir li ġie mill-Maċedonja fin-naħa ta' fuq tal-Greċja, u kiseb imperu kbir. Dan l-imperu kien jibda mill-Maċedonja, jinżel fl-Asja Minuri, jgħaddi mal-baħar sakemm jasal fl-Eġittu, u jispiċċa max-xmara Jhelum, li kienet timmarka l-bidu tan-nazzjon tal-Indja.
[editja] Ħajja tal-bidu
Alessandru twieled fl-20 ta' Lulju, fis-sena 356 q.K. f'Pella, il-belt kapitali tal-Maċedonja. Missieru kien Filippu t-tieni, ir-re tal-Maċedonja, u ommu kienet Olimpja, ir-reġina. Oħtu minn ommu kien jisimha Kleopatra, iżda kellu aħwa oħra minn missieru, bħal Tessalonika, Ċinene u Filippu t-tielet.
Insibu ħafna rakkonti ta' meta kien żgħir li juru li kellu l-potenzjal li jsir re kbir. Eżempju huwa r-rakkont ta' meta kien qiegħed ma' missieru jara rkant taż-żwiemel u raw żiemel b'saħħtu li ma ried iħalli lil ħadd jirkbu. Alessandru nduna li ż-żiemel kien qiegħed jibża minn dellu, u qal lil missieru li kien se jipprova jirkbu u jimmansah. Missieru rrispondieh li jekk jirnexxielu kien se jixtrihulu. Għalhekk Alessandru pprova jirkeb iż-żiemel billi jiġbidlu rasu ħalli ma' jkunx jista' jħares lejn dellu. Iż-żiemel ma' baqgħax jibża' u ħalla lil Alessandru jirkbu. Liż-żiemel, Alessandru ta l-isem ta' Buċefalu, u dan kien dejjem miegħu fil-konkwisti tiegħu. Fil-fatt, meta miet Alessandru beka ħafna u semma' belt għalih.
Storja oħra li għandha x'taqsam mat-tempju ta' Artemi f'Efesu. L-Istorja tgħid li fil-lejl li twieled Alessandru, it-tempju ħa n-nar minħabba li l-allat Griegi kienu wisq attenti biex jaraw lil Alessandru jitwieled milli biex jipproteġu t-tempju.
Il-Ġenituri ta' Alessandru kienu jafu li kellhom jippreparawħ u għalħekk missieru ġab lill-filosfu Aristotile biex ikun jista' jgħallem lit-tifel u jippreparah għall-ħajja li kien se jkollu quddiemu. Aristotile kien jgħin lil Alessandru biex jifħem kif kellu jiggverna lil pajjiżu.
Alessandru kien ikollu wkoll it-twemmin u l-konsolazzjonijiet tiegħu. Kien jemmen li kien gej mill-eroj kbir Akille permezz ta' ommu u minn Erakle permezz ta' missieru. Ghaliħ, il-fatt li kien inserta t-taħlita ta' dawn iż-żewg eroj kbar kellu jfisser li huwa kellu jkun kbir ukoll. Anke minn meta kien żgħir, Alessandru kien jħobb jaqra l-Iljada, għaliex kellu kopja tagħha, li kienet mogħtija lilu minn Aristotile. Din il-kopja kien iżommha taħt l-imħadda tiegħu flimkien ma' stalett, għaliex ried jipproteġi lilu nnifsu fil-każ ta' xi konspirazija li setgħet tiġri.
[editja] It-telgħa ta' Alessandru
Meta kienet is-sena 340 qabel Kristu, Alessandru kien diġa gie mgħallem minn Missieru kif jiddirieġi t-truppi f' battalja, u anke kien jaħdem ta' wiehed mill-ġenerali ta' missieru. F'din is-sena wkoll, Filippu attakka l-belt ta' Biżantju, filwaqt li ħalla lil ibnu bhala reġent tat-tron tiegħu. Dan juri li Alessandru diġa seta' jipprattika kif kellu jmexxi pajjiżu meta hu kellu jkun re.
[editja] Referenzi
| Dan l-artiklu huwa stub. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.
|