Aleksandar Tonev
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Aleksandar Antonov Tonev | ||
Twelid | 3 ta' Frar 1990 Elin Pelin, Bulgarija | ||
Tul | 1.78 m | ||
Rwol | Midfilder offensiv | ||
Mixtliet | |||
Levski Elin Pelin | |||
CSKA Sofia | |||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2008–2011 | CSKA Sofia | ||
2009–2010 | → Sliven (self) | ||
2011–2013 | Lech Poznań | ||
2013–2015 | Aston Villa | ||
2014–2015 | → Celtic (self) | ||
2015–2016 | Frosinone | ||
2016–2018 | Crotone | ||
2018–2020 | Botev Plovdiv | ||
Tim nazzjonali | |||
2008–2012 | Bulgarija U21 | ||
2011–2020 | Bulgarija |
Aleksandar Tonev (bil-Bulgaru: Александър Тонев; Elin Pelin, 3 ta' Frar 1990) huwa plejer tal-futbol Bulgaru li jilgħab bħala midfilder offensiv.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Tonev kiber fit-timijiet taż-żgħażagħ ta' CSKA Sofia, u ddebbutta mat-tim tal-kbar fir-rebħa ta' 3–1 kontra Belasitsa Petrich fit-8 ta' Marzu 2008. Wara l-bejgħ ta' numru ta' plejers fis-sajf tal-2008, hu sab aktar opportunitajiet fit-tim. L-ewwel gowls ma' CKSA waslu fir-rebħa ta' 4–1 kontra Vihren Sandanski tat-22 ta' April 2009, fejn skorja doppjetta. Għall-istaġun 2009–10 ġie misluf lil Sliven sabiex jikseb aktar esperjenza.
Nhar is-16 ta' Ġunju 2011, Tonev iffirma mal-klabb Pollakk ta' Lech Poznań fejn lagħab l-ewwel logħba bħala sostitut fid-29 ta' Lulju 2011, fil-konfront kontra ŁKS Łódź, mirbuħ 5–0. Fis-26 ta' Lulju 2012, Tonev sab ix-xibka għall-ewwel darba fl-Ewropa, hekk kif skorja l-uniku gowl fir-rebħa ġewwa darhom kontra l-klabb Ażerbajġan ta' Khazar Lankaran, valida għat-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-Europa League.
Fis-7 ta' Ġunju 2013, Aston Villa ħabbru li kienu akkwistaw lil Tonev għas-somma ta' €3.2 miljun.[1]
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Tonev iddebutta mat-tim nazzjonali tal-Bulgarija fit-telfa ta' 1–0 kontra Wales fil-11 ta' Ottubru 2011. Nhar it-22 ta' Marzu 2013, skorja tliet gowls fil-logħba valida għall-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014 kontra Malta, fir-rebħa ta' 6–0.[2]
Gowls internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]- Punteġġi u r-riżultati tal-Bulgarija qedgħin fil-lista xellugija.
# | Data | Post | Avversarju | Punteġġ | Riżultat | Kompetizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
1. | 22 ta' Marzu 2013 | Vasil Levski, Sofija, Bulgarija | Malta | 1–0 | 6–0 | Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014 |
2. | 22 ta' Marzu 2013 | Vasil Levski, Sofija, Bulgarija | Malta | 2–0 | 6–0 | Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014 |
3. | 22 ta' Marzu 2013 | Vasil Levski, Sofija, Bulgarija | Malta | 5–0 | 6–0 | Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014 |
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]- CSKA Sofia
- A PFG: 2007–08
- Tazza Bulgara: 2010–11
- Super Cup Bulgara: 2008
Individwali
[immodifika | immodifika s-sors]- L-Aqwa Plejer Bulgaru Żagħżugħ tal-Istaġun: 2010–11
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Excited Tonev agrees Villa move" (bl-Ingliż). Aston Villa FC. 2013-06-07. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-10-01. Miġbur 2013-07-20.
- ^ Georgiev, Stoyan (2013-03-22). "Unbeaten Bulgaria overwhelm Malta" (bl-Ingliż). UEFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-10-21. Miġbur 2013-07-20.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Aleksandar Tonev fuq National-Football-Teams.com