Al-naxid al-xarif

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Al-naxid al-xarif jew L-Innu Xerifi, ilu l-innu nazzjonali tar-Renju tal-Marokk minn qabel ma l-pajjiż kiseb l-indipendenza fl-1956. Il-mużika tiegħu ġiet komposta minn Léo Morgan, u l-lirika finali nkitbet minn Ali Skwalli Hussajni fl-1970.

Test[editja]

Għarbi Traslitterazzjoni Malti

منبت الأحرار، مشرق الأنوار
منتدى السؤدد وحماه
دمت منتداه وحماه
عشت في الأوطان، للعلى عنوان
ملء كل جنان، ذكرى كل لسان
بالروح، بالجسد
هب فتاك، لبي نداك
في فمي وفي دمي
هواك ثار نور ونار
اخوتي هيا، للعلى سعيا
نشهد الدنيا، أنا هنا نحيا
بشعار: الله الوطن الملك

Manbita l-aħrȧr, maxriqa l-anwȧr
Muntadȧ s-so'dadi wa ħimȧh
Dumta muntadȧh wa ħimȧh
Għixta fie l-awṭȧn, lilgħulȧ għunwȧn
Mila' kulli ġanȧn, đikrȧ kulli lisȧn
Bi r-roħi, bi l-ġassadi
Habba fatȧk, labbȧ nidȧk
Fie famie wa fie damie
Hawȧka ŧȧra, nor wa nȧr
Iḳwatie hajjȧ, lilgħulȧ sagħajȧ
Nuxhidi d-dunja, annȧ hunȧ naħjȧ
Bixigħȧr: Allȧh, al-Waṭan, al-Malik

Nieqa tal-ħielsa, għajn tad-dawl
Art ta’ sovranità u sliem
Sovranità u paċi dejjem flimkien
Int għext qalb il-ġnus, b’ismek miżmum
Timla kull qalb, ifaħħrek kull ilsien
Il-qalbieni tiegħek qam
Biex iwieġeb l-għajta tiegħek
U f’qalbi u fommi
Ruħek qajmet dawl u nar
Qumu ħuti, biex għall-ogħla nimmiraw
Inħabbru lid-dinja li aħna mħejjija
Insellmu 'l-bandiera: 'l Alla, 'l-artna u lir-re

Nota: It-traduzzjoni għall-Malti hi meħuda minn verżjonijiet Ewropej u mhux mill-oriġinal bl-Għarbi.

Ħoloq esterni[editja]