Żodjaku

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Iż-Żodjaku jfisser ċiklu annwali ta' tnax-il stazzjon fuq il-medda tal-eklittika, fejn ix-Xemx taqsam is-smewwiet u tgħaddi mill-kostellazzjonijiet li jaqsmu l-eklittiku fi tnax-il żona indaqs ta' lonġitudni ċelestjali. Iż-żodjaku huwa rikonoxxut bħala l-ewwel sistema ta' koordinazzjoni ċelestjali magħrufa. L-astronomi Babilonjani żviluppaw iż-żodjaku tat-tmintax-il dar. Il-Maja kienu jużaw għoxrin dar. It-terminu żodjaku jista' jkun li ġej mil-Latin zōdiacus, mill-Grieg ζῳδιακός [κύκλος] (zodiakos kyklos), li jfisser "ċirku ta' annimali", idderivata minn ζῴδιον (zodion), id-diminuttiv ta' ζῷον (zoon) "annimal". Madanakollu, iż-żodjaku klassiku Grieg jinkludi wkoll djar (jew kostellazzjonijiet) li mhumiex irrappreżentati minn annimali (eż. Aquarius, Virgo, Gemini,Libra). Etimoloġija oħra li hija ssuġġerita tgħid li t-terminu Grieg huwa relatat mal-kelma sodi fis-Sanskrit, li tfisser "passaġġ", jiġifieri passaġġ li minnu tgħaddi x-Xemx.

[editja] Iż-Żodjaku tal-Punent

Djar taż-żodjaku Ewropew tas-seklu 16

[editja] Referenzi

  1. ^ Ġużi Gatt, Qiegħda fil-Ponta ta' Lsieni, Klabb Kotba Maltin, 2005, p.32