Ġebla tal-ġir

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Il-ġebla tal-ġir, wkoll magħrufa bħala ħaġra hu blat imsawwar min depożitu sedimentari u kompost kimikament fil-parti kbira mill-karbonat tal-kalċju (CaCO3) fil-forma ta' Kalċit u Aragonit. Is-saffi tal-gżejjer Maltin jikkonsistu fil-parti kbira mill-ġebla tal-ġir.

Isem[editja]

Il-kelma ġebla tal-ġir mhix xjentifikament korretta u tista tqarraq għaliex l-ġir mhux karbonat tal-kalċju iżda ossidu tal-kalċju (CaO) (ħaġra maħruqa). Ta' min jinnota wkoll li ħafna drabi il-kelma ġebla tal-franka tiġi wżata biex tfisser ġebla tal-ġir minkejja li l-ġebla tal-franka hija biss tip wieħed tal-ġebla tal-ġir.

Deskrizzjoni[editja]

Il-ġebla tal-ġir sikwit tikkonsisti minn-ammonti differenti ta' siliċi (diossidu tas-siliċju) fil-forma ta' selċi (chert) jew żnid, kif wkoll ammonti differenti ta' tafal, frak tal-ġebel (silt) u ramel li jinsabu bħala firxa, f'forma ta' għoqod, jew bħala saffi bejn il-blat. Il-kalċit fil-ġebla tal-ġir jiġi primarjament mill-organiżmi tal-baħar.

Dawn l-organiżmi jiffurmaw qxur ta' kalċit rqiq li jingemgħa f-qiegħ il-baħar jew fuq xi-sikka fejn biż-żmien tifforma sikka tal- kroll. Mod ieħor kif tiġi ifformata il-ġebla tal-ġir huwa b'imluħa tal-kalċju maħlula fl-ilma tax-xita. Pereżempju stalakmiti u stalagtiti juffurmaw fl-għerien minn imluħa tal-kalċju maħlulin fl-ilma tax-xita.