Aqbeż għall-kontentut

Ġan Franġisk Abela

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ġan Franġisk Abela
Ħajja
Twelid Valletta, 1582
Nazzjonalità Malta
Mewt Valletta, 4 Mejju 1655
Edukazzjoni
Alma mater Collegium Melitense (en) Translate
Lingwi Taljan
Latin
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni storiku
arkeologu

Ġan Franġisk Abela (1582 – 1655) kien storiku Malti, meqjus bħala l-"Missier tal-Istorja ta' Malta", għax kien l-ewwel Malti li kiteb il-ġrajjiet li l-gżejjer Maltin għaddew minnhom. Fost il-ħafna xogħlijiet li kellu, kien hemm dak ta' Viċi-Kanċillier tal-Ordni ta' San Ġwann.

Kien fl-1626 meta fid-dar li bena fil-Marsa beda jikteb il-ġrajja ta' Malta, maqsuma f'erba' kotba. Tajjeb ngħidu li dan ir-raġel kien qassis u mbagħad sar avukat waqt li xorta żamm il-vokazzjoni saċerdotali tiegħu:

  • L-Ewwel Ktieb: ifaħħar lil Malta u jagħtina stampa tal-Belt Valletta, il-Port il-Kbir, il-Forti Sant Anġlu, l-Imdina u fdalijiet tal-imgħoddi.
  • It-Tieni Ktieb: tagħrif dwar kif kienet tissejjaħ Malta fil-qedem, u l-lista tal-ħakkiema tagħha kollha sa żmien il-Kavallieri.
  • It-Tielet Ktieb: jitkellem dwar ġrajjet il-Knisja f'dawn il-gżejjer.
  • Ir-Raba' Ktieb: tagħrif fuq familji antiki u nies magħrufin Maltin, fosthom il-perit Ġlormu Cassar.

Fi żmienu Abela kien magħruf u meqjum ħafna. Kwadru tiegħu jinsab fis-sala ewlenija tal-Bibljoteka tal-belt Valletta.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]