Ġan Franġisk Abela
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Ġan Franġisk Abela | |
|---|---|
![]() |
|
| Twelid | 1582 Malta |
| Mewt | 1655 Malta |
| Okkupazzjoni | Storiku, kittieb, Viċi-Kanċillier tal-Ordni ta' San Ġwann |
| Nazzjonalità | Malti |
Ġan Franġisk Abela (1582 – 1655) kien storiku Malti, meqjus bħala l-"Missier tal-Istorja ta' Malta", għax kien hu l-ewwel li kiteb il-ġrajjiet li l-gżejjer Maltin għaddew minnhom. Fost il-ħafna xogħlijiet li kellu, kien hemm dak ta' Viċi-Kanċillier tal-Ordni ta' San Ġwann.
[editja] Xogħlijiet
Kien fl-1626 meta fid-dar li bena fil-Marsa beda jikteb il-ġrajja ta' Malta, maqsuma f'erba' kotba:
- L-Ewwel Ktieb: jagħmel tifħir lejn Malta u jagħtina stampa tal-Belt Valletta, il-Port il-Kbir, il-Forti Sant Anġlu, l-Imdina u fdalijiet tal-imgħoddi.
- It-Tieni Ktieb: tagħrif dwar kif kienet tissejjaħ Malta fil-qedem, u l-lista tal-ħakkiema tagħha kollha sa żmien il-Kavallieri.
- It-Tielet Ktieb: jitkellem dwar ġrajjet il-Knisja f'dawn il-gżejjer.
- Ir-Raba' Ktieb: tagħrif fuq familji antiki u nies magħrufin Maltin, fosthom il-perit Ġlormu Cassar.
Fi żmienu Abela kien magħruf u meqjum ħafna. Kwadru tiegħu jinsab fis-sala ewlenija tal-Bibljoteka tal-belt Valletta.
