Palazz Leopoldskron

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Palazz Leopoldskron bil-fortizza Hohensalzburg

Il-Palazz Leopoldskron huwa wieħed mill-aktar binjiet importanti fl-Awstrija. Dan jinsab fil-Leopoldskron-Moos, li huwa distrett fin-Nofsinhar ta' Saliżburgu. Dan hu wieħed minn dawk il-postijiet li jinsabu f'Saliżburgu u li taw lil din il-belt reputazzjoni ta' waħda mill-isbaħ bliet fid-dinja, li hu mibni fuq stil Rinaxximentali u Barokk.

Dan il-palazz ġie ikkummissjonat fl-1736 mill-Konti Leopold Anton von Firmian u baqa' fil-familja Firmian sal-1837. Fl-1918 il-post inxtara mid-direttur teatrali Max Reinhardt li bl-għajnuna ta' artiġjani tal-post hu reġa' qajjem dan il-palazz. Hu beda juża dan il-bini għall-produzzjonijiet teatrali tiegħu u bħala post fejn jiltaqgħu l-kittieba, l-atturi, il-kompożituri u artisti minn madwar id-dinja. Joħloq dehra sabiħa qalb l-Alpi.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]

Koordinati: 47°47′17.74″N 13°2′19.29″E / 47.7882611°N 13.0386917°E / 47.7882611; 13.0386917