Carmelo Caruana
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Carmelo Caruana | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Ħal Luqa, 3 Novembru 1927 |
Mewt | 17 Jannar 2005 |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
mużiċist surmast tal-banda direttur mużikali |
Impjegaturi | Każin tal-Banda King's Own (1973 - 2002) |
Mro. Carmelo Caruana (3 ta' Novembru 1927 - 17 ta' Jannar 2005) twieled Ħal Luqa, iben Ġwann Battista u Giovanna nee’ Farrugia. Huwa iżżewweġ lis-Sinjura Evelina mill-Birgu fl-1954. Kellu żewġ ulied, bintu Joan u Joseph li hu wkoll mużikant u bandist ma' diversi baned fosthom l-banda tagħna.
Tfulitu
[immodifika | immodifika s-sors]Sa minn ċkunitu, kellu rabta kbira ma’ l-Għaqda Mużikali ta' Sant’ Andrija peress li missieru kien attiv fil-każin u membru fil-Kumitat. Missier is-Surmast Caruana, is-Sur Gio Batta Caruana kien għal diversi snin Direttur tal-Każin, kaxxier, kif ukoll President fi żmien l-Gwerra bejn l-1944 u 1945 u għalhekk kien jieħu lil ibnu l-każin miegħu. Mro. Carmelo Caruana ukoll kien membru tal-kumitat u serva f’bosta karigi fosthom ta’ Segretarju u Arkivista. Kien membru fil-kumitat bħala arkivista meta fl-1952 l-Għaqda għalqet 70 sena u ġie inawgurat l-każin prezenti flimkien ma strumentatura ġdida u Arkivju Mużikali ġdid. Propju fl-2002 meta l-Għaqda fakkret l-50 sena min din il-ġrajja l-Għaqda ppreżentat memento lilu kif ukoll lil Frans Mifsud, l’ uniċi tnejn li kienu għadhom ħajjin min dak il-kumitat. Mro. Carmelo Caruana kien wieħed minn tal-ewwel li nħatar Membru Onorarju tal-Għaqda.
Bla dubju l-akbar talent li kellu Mro. Carmelo Caruana kien fil-kamp mużikali. Kif kienet drawwa f’dawk iż-żminijiet, jiġifieri ftit qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, membri jew Bandisti kienu jgħallmu dak li jafu lill-oħrajn. Ma kienx hawn skejjel tal-mużika. Fil-każ ta’ Mro. Caruana, kien propju missieru Ġan Patist, li kien mużiċist, li beda jgħallmu. Maestro Vincenzo Caruana Spiteri, ukoll iben l-Għaqda Muzikali Sant’ Andrija kien iz-ziju tiegħu, ħu missieru. Mal-Banda Sant’ Andrija huwa ħareġ idoqq bil-kwartin. Kompla l-istudji tiegħu ghand Mro Antonio Muscat Azzopardi u wara tgħallem l-armonija u l-vjolin għand Mro Agostino Camilleri.
Karriera Mużikali
[immodifika | immodifika s-sors]Bidu
[immodifika | immodifika s-sors]Għal żmien twil kien jifforma parti mill-kappella tas-Surmast Lorenzo Galea tal-Birgu, u tas-Surmast Camilleri, magħrufa għal ħafna servizzi reliġjużi f’diversi knejjes ta’ Malta u Għawdex. Beda l-karriera tiegħu bħala Surmast mal-Banda Sant’ Andrija fejn dan idderiega ghal diversi darbi bħala ‘co-director’ tal-banda. L-ewwel darba li dderieġa l-Banda Sant’ Andrija uffiċjalment bħala sostitut tas-Surmast A. Muscat Azzopardi kien fil-15 t’Awwissu 1949, min dakinhar dderiega lill-Banda għal bosta drabi. Is-Surmast ta’ dak iż-żmien, Mro. Antonio Muscat Azzopardi, kien jemmen li s-Surmast Caruana kellu talent mużikali kbir u għamel min kollox biex jgħin lil dan it-talent joħroġ fil-beraħ. Kienet drawwa ta’ Mro. Antonio Muscat Azzopardi li jrawwem lill-Mro. Caruana billi jħallieħ jidderieġi l-kunċerti tal-Banda. Kont tarhom wara l-kunċert jiddiskutu l-mużika magħżula, kif ukoll d-direzzjoni.
Wara l-Gwerra b’Malta prattikament kollha mġarrfa, l-Banda ta' Sant'Andrija dejjem baqgħet attiva bil-kunċerti. Kienet l-hena ta' Mro Carmelo Caruana, kif ukoll ta' diversi bandisti oħrajn li joħorġu l-mużika u jdoqqu kuljum kull filgħaxija. Apparti Mro Carmelo Caruana (kwartin) trawmu diversi bandisti eċċezzjonali fosthom is-Surmast preżenti tal-Banda Sant'Andrija Mro Paul Schembri (Euphonium), John Calleja (kurunetta), GianMari Busuttil (Baxx), Ġużeppi Bartolo (Trumbun) u diversi bandisti oħra ta' talent kbir li Mro Caruana għaraf juża is-servizzi tagħhom tul iż-żmien tiegħu bħala Surmast ta’ baned oħra madwar Malta.
Drawwa oħra li tejbet it-talent tal-Mro Caruana kienet li Mro Muscat Azzopardi kien jixtri diversi partituri orkestrali biex jiġu rranġati għal Banda Sant'Andrija kif ukoll għall-Banda l’Isle Adam tar-Rabat fejn Mro Muscat Azzopardi kien ukoll Surmast. Kien iħalli f’idejn Mro Caruana biex jirranġa l-mużika. Mro Carmelo Caruana żgur jibqa' magħruf għal kompożizzjonijiet u arranġamenti mużikali li għamel ghal baned.
Meta kont tidħol fl-istudju tiegħu fejn kien jikkomponi u jirranġa kont tħoss li dħalt f’tempju tal-mużika. Kull fejn iddawwar wiċċek tara kotba, partituri , CDs, kollox marbut mal-mużika. Impressjonanti l’ammont ta’ arrangamenti li kellu arkivjat , kif ukoll jimperssjonak ghax meta kont issaqsih ghal xi bicca muzika, kien jghidlek, “ Iva ghandi zewg arrangamenti”. Hu ipprepara tant xoghlijiet muzikali biex setghu jkunu esegwiti mill-banda kemm dik immexxija minnu kif ukoll minn baned ohrajn. Xiehda ta’ dan Mro Carmelo Caruana nhatar Maesto Onorarju ta’ diversi baned ma’ Malta. Fost dawn nsibu bla dubju lil Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija ,Ghaqda Muzikali Lourdes Paola, Banda Beland taz-Zejtun, ta’ Birzebbugia, ta’ Bormla, ta’ Hal Qormi, kif ukoll ta’ San Lawrenz tal-Birgu.
Ghat-talenti muzikali tieghu kien maghzul bhala Surmast tal-Banda Maria Mater Gratiae ta’ Haz Zabbar fl-1963 u dam ghal ghaxar snin Surmast. Fl-1969 ma din l-istess banda dderiega l-Innu Kantata lill-Appostlu Sant’ Andrija nhar il-Festa f”Hal Luqa.
Il-Banda King's Own
[immodifika | immodifika s-sors]Kien fl-1973 meta biex inghaqad bhala Surmast tal-King’s Own kellu jhalli l-Banda ta’ Haz Zabbar. Fil-kazin tal-Banda tal-Belt huwa ga kien ilu aktar minn ghaxar snin bhala Assistent, jghallem l-aljievi u jassisti lis-Surmast l-Maggur Anthony Aquilina. Kien ukoll bandist ma’ din il-banda fejn kien jdoqq il-klarinett Piccolo. L-ewwel darba li dderiega l-King’s Own kienet fil-Festa tal-Madonna tal-Gilju fl-Imqabba fl-1973. Sena wara fl-1974 gie celebrat ic-Centenarju mit-twaqqif tas-Socjeta u Banda King’s Own. Il-King’s Own that id-direzzjoni ta’ Mro Carmelo Caruana esegwiet program fit-Teatru Manoel fejn daqqet is-Sinfonija Struensee ta’ Mayerbeer u Sinfonija ‘Dal Nuovo Mondo’ ta’ Dvorak li kollha spiccaw b’applawsi kbar. Min dakinhar il-quddiem kienu biss successi bil-programmi li ta’ kull sena l-Banda Cittadina King’s Own kienet tesegwixxi madwar Malta u Ghawdex, kif ukoll fil-programmi gewwa l-Istitut Kattoliku fil-Furjana. Nistghu nghidu li l-maggoranza tal-karriera muzikali tieghu nafuha ma’ din il-banda fejn dam ghal 29-sena shah. Fl-2002 kellu jirtira ghal ragunijiet ta’ sahha, bhala apprezzament tal-hidma li ghamel ma-din il-Banda l-kumitat hatru bhala Surmast Emeritus.
Baned Oħrajn
[immodifika | immodifika s-sors]Mro Carmelo Caruana kien ukoll Surmast tal-Banda de Paule ta’ Rahal Gdid bejn l-1987 u l-1993.
Ghal sittax-il sena mexxa wkoll il-Banda tat-Tarzna fejn kien impjegat bhala ‘draughtsman’.
Huwa dejjem hadem biex ikattar u jghallem is-sbuhija tal-muzika. Hafna jiftakru il-programm ta’ Peter Paul Ciantar ‘Siesta’ kuljum wara nofsinhar fuq FM Bronja. Dan kien program radjofoniku fejn l-Maltin kienu jitolbu biex jindaqqu diversi bcejjec ta’muzika klassika. Kull nhar ta’ Hamis is-Sur Ciantar kien icempel lil Mro Caruana biex fuq ir-radju jiddiskutu dwar xi kompozitur partikolari. Ukoll waqt il-kuncerti kien jhobb jispjega dwar il-muzika li ser tindaqq.
L-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija dejjem sabet l-appogg tas-Surmast Carmelo Caruana. Kien jigi bil-qalb kollha jiltaqa ma shabu membri tal-Ghaqda taghna. Kull meta is-Socjeta’ kellha bzonn xi bicca muzika dan kien jghaddiha lil arkivista ‘senza interessi’. Ukoll kull meta fil-ftit okkazjonijiet is-Surmast prezenti kien jkun ndispost huwa kien jidderiegi l-banda minfloku. Kien dejjem unur li banda tkun diretta f’xi okkazjoni minn Surmast ta’ dik il-kwalita’ specjalment min bniedem li ghamel isem ghal Hal Luqa madwar Malta kollha.
Mewt
[immodifika | immodifika s-sors]Mro Carmelo Caruana miet nhar it-Tnejn 17 ta’ Jannar 2005 fl-għomor ta’ 78 sena. Il-Funeral sar fil-Knisja Parrokkjali tar-Rahal Gdid. Fil-funeral tieghu hadu sehem zewg baned Maltin. Il-Banda Kristu Re ta’ Rahal Gdid , b’korteo gewwa Rahal gdid. Kif ukoll sar Korteo iehor gewwa rahal twelidu, Hal Luqa, bil-Banda Sant’ Andrija. Diversi kienu l-baned li gew bl-istandard taghhom, apparti l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija u L-Banda Kristu Re ta’ Rahal Gdid li daqqew kien hemm rappresentati dawn il-baned, il-King’s Own Band tal-Belt Valletta, il-Banda Queen Victoria taz-Zurrieq, il-Banda Beland taz-Zejtun, Isle Adam tar- Rabat, Banda San Lawrenz u Prince of Wales tal-Birgu, Lilly Band u Sta Marija tal-Mqabba, Banda Sta Katerina taz-Zurrieq,Banda Lourdes Paola, San Guzepp ta’ Hal Ghaxaq, Santa Marija tal-Qrendi u Nicolo Isourd tal-Mosta. Dan kollu b’turija ta’ rispett kbir li kellu dan is-surmast mill-komunita bandistika Maltija.