Ritratt ta' Adele Bloch-Bauer I
Ritratt ta' Adele Bloch-Bauer I |
Gustav Klimt, 1907 |
żejt, fidda u deheb fuq kanvas |
138 × 138 ċm |
Neue Galerie |
Ir-Ritratt ta' Adele Bloch-Bauer I hija pittura ta' Gustav Klimt li tlestiet fl-1907. Skont rapporti mill-istampa nbiegħet għal $135 miljun lil Ronald Lauder għan-Neue Galerie tiegħu ġewwa New York f'Ġunju tal-2006, u minħabba f'hekk saret l-aktar pittura għalja li qatt inbiegħet għal dak iż-żmien [1]. Ilha esposta fil-gallerija msemmija minn Lulju 2006.
Il-Pittura
[immodifika | immodifika s-sors]Klimt dam tliet snin biex ilesti l-pittura. Il-qies tagħha huwa ta' 138 x 138 ċm, hija magħmula minn żejt u deheb fuq kanvas u turi tiżjin elaborat u kumpless fl-istil Jugendstil. Klimt kien membru mill-Vienna Secession, grupp ta' artisti li marru lil hinn mill-mod tradizzjonali ta' pittura. Ix-xogħol tpitter Vjenna u ġie kkummissjonat minn Ferdinand Bloch-Bauer, li twieled Ferdinand Bloch, iben David Bloch (magħruf ukoll bħala Abraham Bloch) u bankier u propjetarju ta' fabbrika taz-zokkor flimkien ma' martu Marie, imwielda Straschnow. Ferdinand iżżewweġ lil Adele Bauer, bint Moritz Bauer (id-direttur tal-Bank ta' Vjenna Wiener Bankverein) u martu Jeannette, imwielda Honig. Meta Ferdinand iżżewweġ lil Adele it-tnejn ħadu l-kunjom Bloch-Bauer. Bħala industrijalist għani li sab xortih fl-industrija taz-zokkor, huwa sponsorja l-arti u ffavorixxa u appoġġja lil Gustav Klimt. Adele Bloch-Bauer saret l-unika mudella li tpittret darbtejn minn Klimt hekk kif lesta it-tieni pittura tagħha, jiġifieri l-Adele Bloch-Bauer II fl-1912. Ebda pittura qabilha ma nbiegħet għal daqstant flus.