Plutone (mitoloġija)
Fil-mitoloġija Rumana, Plutone (jew Plutun, bil-Latin Pluto, bil-Grieg Antik Πλούτων Plouton) kien l-alla tad-Dinja ta' Taħt. L-ekwivalenti tiegħu fil-mitoloġija Griega kien Ħajdes(Ἅιδης/ᾍδης, Hāidēs), għalkemm Plutone kien inqas aħrax. L-isem sikwit jiġi konfuż ma' diak ta' Pluto (bil-Grieg antik Πλοῦτος Ploutos), l-alla Grieg tal-Ġid.
Il-mit
[immodifika | immodifika s-sors]Pluto kien bin Saturnu u Opi u żewġ Proserpina, li ħataf biex jiżżewiġha. Omm Proserpina, Cerere, kienet tant milquta li ġiegħlet li ssir ix-xitwa.
Il-palazz tiegħu jinsab f'nofs it-Tartaru, fejn bħala sovran jikkmanda l-istat tiegħu u jiddetta l-liġijiet inflessibbli tiegħu. Is-suġġetti tiegħu, dellijiet ħfief u kważi kollha miżerabbli, huma numerużi daqs il-mewġ tal-baħar u l-istilel tas-sema: dawk kollha li l-mewt taħsad mill-wiċċ tad-dinja jaqgħu taħt ix-xettru ta' dan l-alla jew issiru l-priża tiegħu. Mill-jum li ħa s-setgħa f'idejh, ħadd mill-ministri tiegħu qatt kiser l-ordnijiet tiegħu u l-ebda wieħed mis-suġġetti tiegħu qatt ipprova jirbella. Mit-tliet allat sovrani li jikkontrollaw id-dinja, hu biss qatt ma kellu biża' ta' insubordinazzjoni jew diżubbidjenza u l-awroritàa tiegħu hi rikonoxxuta universalment.
Il-kult
[immodifika | immodifika s-sors]It-tmienja magħżulin
[immodifika | immodifika s-sors]Plutone huwa figura tal-mitoloġija Rumana, l-alla tal-mejtin u tad-dinja l-oħra. Jikkorrispondi għall-alla tal-mitoloġija Griega, Ade. Plutone, li xi mindaqqiet kienu jsibuh ukoll bħala Dite, kien miżżewweġ lil Proserpina.
Flimkien ma' Ġove u Nettunu, Plutone għen biex iwaqqgħu lil missierhom, Saturnu mill-poter. Huma u jaqsmu d-dinja bejniethom, Ġove għażel is-smewwiet bħala r-renju tiegħu, l-għażla ta' Nettunu waqgħet fuq is-saltna tal-baħar, waqt li Plutone laħaq ir-renjant tad-dinja ta' taħt.
Oriġinarjament kien meqjus bħala alla aħrax u bla ħniena, li la jagħti widen lit-talb u wisq anqas lis-sagrifiċċji. Il-karatteristiċi twajba u inqas feroċi tiegħu iżda, tperrċu fil-kulti u fit-twemmin popolari fejn deher bħala għajn ta' prosperità u providenza għaliex kien irodd ħwejjeġ merfugħin taħt l-art bħall-minerali u l-prodotti tar-raba'. Ta' spiss il-kult tiegħu kien jiġi assoċjat ma dak ta' Ċerere.
|