Peppi Azzopardi
Peppi Azzopardi | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Kolonja ta' Malta, 25 Awwissu 1959 (65 sena) |
Nazzjonalità | Malta |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | preżentatur |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Peppi Azzopardi (25 ta' Awwissu, 1959), magħruf ukoll bħala Joe Azzopardi, huwa personalità televiżiva Maltija. Huwa magħruf l-aktar għall-programm popolari Xarabank, li kien jixxandar kull nhar ta' Ġimgħa fuq TVM bejn l-1997 u l-2020.
Studju
[immodifika | immodifika s-sors]Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ Santu Wistin, fl-iMTADA u ġab diplomi fil-ġurnaliżmu, komunikazzjoni u xjenza politika mill-Università ta' Malta. Għamel xi snin għalliem fil-Kulleġġ Santu Wistin.
Politika
[immodifika | immodifika s-sors]Fis-snin tmenin kien attivist tal-grupp "Tan-Numri".
Kien ko-fundatur ta' Alternattiva Demokratika qabel ma din saret partit politiku.
Televixin
[immodifika | immodifika s-sors]Kien l-awtur u producer is-sensiela televiżiva satirika "Aħn'aħna jew m'aħniex?" fuq TVM fl-1988.
Fil-bidu tas-snin disgħin, ippreżenta fuq TVM il-programmi "Bir-Rispett kollu" u "Rasimbras" li fihom kien jintervista diversi personaġġi Maltin.
F'April 1997, beda jippreżenta Xarabank mit-Teatru tal-Università. Wara xi żmien beda jsejjaħ lilu nnifsu "Peppi" flok Joe. Peppi Azzopardi sar magħruf għall-ġestwalità tiegħu u l-frażijiet li jirrepeti spiss: "Kif tista' ma ċċempilx?", "Ċemplu 21249200 biex tibbukjaw post fis-sala" u "Fil-qosor jekk jogħġbok".
Jippreżenta wkoll L-Istrina, programm l-għada tal-Milied li jixxandar fuq it-tliet stazzjonijiet ewlenin tat-televiżjoni Maltija.
Azzopardi huwa wkoll ko-fundatur tal-kumpanija ta' produzzjoni televiżiva "Where's Everybody".
Awtur
[immodifika | immodifika s-sors]Kiteb "Fwawar", ġabra ta' poeżiji fl-1994 u kien jikkontribwixxi b'diversi artikli fil-ġurnali.
Ħajja Personali
[immodifika | immodifika s-sors]Huwa miżżewweġ lil Mandy Micallef Grimaud u għandhom tifel, Xandru.