Nunzjatura Appostolika
Dan l-artiklu dwar ir-reliġjon huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
In-Nunzjatura Appostolika hija l-ogħla awtortità diplomatika mibgħuta mis-Santa Sede, u hi ekwivalenti għal ambaxxata.
Missjoni u ħidma
[immodifika | immodifika s-sors]Il-kap tan-Nunzjatura Appostolika hu msejjaħ Nunzju Appostoliku. Dan hu titlu kemm diplomatiku kif ukoll ekkleżjastiku, li ġej mil-Latin "nuntius", li tfisser "messaġġier". Għalhekk, in-Nunzju Papali (jew b'mod uffiċjali, in-Nunzju Appostoliku) hu r-rappreżentant tas-Santa Sede għall-pajjiż fejn jiġi mibgħut, fejn igawdi mid-drittijiet kollha ta' ambaxxatur, kif ukoll mit-titlu ta' Arċisqof titulari.
Barra minn hekk, in-Nunzju jservi ta' għaqda bejn is-Santa Sede u d-djoċesi tal-post. Barra minn hekk, jagħmel xogħol ta' superviżjoni fuq l-episkopat djoċesan, li normalment jinġabar f'konferenza episkopali, ppreseduta mill-ogħla (arċ)isqof tan-nazzjon.
Rapreżentanzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Lista ta' Missjonijiet Diplomatiċi tas-Santa Sede.