Aqbeż għall-kontentut

Merkurju (pjaneta)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Merkurju

Merkurju (☿) huwa l-pjaneta l-aktar viċin tax-Xemx, u t-tieni l-iżgħar pjaneta tas-Sistema Solari. Merkurju jorbita f’inqas minn 88 jum. Qatt 'il bogħod wisq mix-Xemx, Merkurju xi drabi jista’ jidher jiddi fil-baxx tal-punent immedjatament wara nżul ix-Xemx jew baxx fil-lvant eżatt qabel ż-żerniq.

Ir-Rumani semmew dan il-pjaneta wara d-divinità Rumana Merkurju, possibilment minħabba l-moviment pjuttost veloċi tiegħu. Is-simbolu astronomiku ta' Merkurju huwa ċirku fuq linja qasira vertikali, b'salib taħt u nofs-ċirku fuq iċ-ċirku. Din hija verżjoni stilizzata ta' ras id-divinità bl-elmu tal-ġwienaħ. Qabel il-5 seklu QK, dan il-pjaneta kellu żewġ ismijiet, għax kien għadu mhux magħruf illi dan il-pjaneta seta jidher fuq iż-żewġ naħat tax-xemx; b'hekk ħoloq ċertu konfużjoni. Filgħaxija kien magħruf bħala Ermes, filwaqt li meta kien jidher filgħodu kien magħruf bħala Apollo, li kien assoċjat ħafna ma' l-alla Grieg tax-xemx, Elios. Pitagora huwa kreditat talli għaraf li dawn iż-"żewġ pjaneti" kienu fil-verità, l-istess pjaneta.

Il-kulturi Ċiniżi, Koreani u Ġappuniżi jirreferu għal dan il-pjaneta bħala l-Istilla ta' l-Ilma, ibbażat fuq il-Ħames Elementi.

Struttura u Kompożizzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Id-densità ta' Merkurju tixbah ħafna lil dik tal-Art, iżda huwa maħsub li proporzjonalment, fiha daqs darbtejn iżjed ħadid mill-pjaneti oħrajn. Il-qalba tiegħu hi magħmula minn nikil u ħadid, u jestendi għal ¾ tar-radju tal-pjaneta.

L-kamp manjetiku ta' Merkurju hija baxxa ħafna, u minħabba li Merkurju jdur fuqu nnifsu bil-mod, huwa improbbabli li l-kamp manjetiku tiegħu hija kkawżata mill-moviment rotazzjonali tal-qalba likwida tiegħu. Iżda hu improbbabli wkoll li l-qalba għadha likwida, għaliex hu pjaneta ta' daqs zgħir u viċin wisq tax-Xemx biex jieħu dak it-tul ta' żmien biex jagħqad. Xi astronomi jemmnu li l-kamp manjetiku hu kkawżat minn xi ġibda ffriżata ġol-qalba.

L-atmosfera tiegħu hija rqiqa ħafna wkoll, u tipproduċi pressa ta’ 2 x 10-11 ta' dik tal-Art. L-iktar element komuni huwa l-ossiġnu, segwit mis-sodju u l-idroġenu. Jinstabu ukoll atomi ta’ potassju u elju. L-idroġenu u l-elju huma maqbudin mir-riħ solari; l-ossiġnu, sodju u potassju wisq probbabli kienu meħlusin minn ġebel ivvaporizzat waqt in-nifdiet mikrometejorojdjali.

Sħana kif ukoll Reżħa

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-wiċċ ta' Merkurju jsofri mill-iktar tibdil fit-temperaturi estremi minn kull pjaneta ieħor. L-atmosfera rqiqa tiegħu ma sservix biex tipproteġġih mis-sħana estrema tax-Xemx. Minħabba d-distanza ravviċinata max-Xemx, it-temperatura ta' wiċċ Merkurju taf tilħaq sa 700K (427 °C/800 °F). Minħabba r-rotazzjoni ħafifa fuq l-assi tiegħu u l-perjodu rotazzjonali mgħaġġel, l-iljieli jafu jdumu għal xhur sħaħ. Għaldaqstant, it-temperaturi fl-iljieli ta' Merkurju jistgħu jkunu baxxi immens: 100K (-173 °C/-279 °F), wieħed mill-iksaħ mkejjen tas-Sistema Solari.

Minħabba li Merkurju jdur kważi għal kollox perpendikularment fuq il-pjan tal-orbita tiegħu, hemm reġjuni fil-poli--fuq l-artijiet ta' xi krateri--li qatt ma jaraw Xemx. Ritratti tar-radar reċenti juri li jista' jkun li fuq wiċċ Merkurju jinstabu depożiti ta' silġ magħmul mill-ilma.

Għamlet Wiċċ Merkurju

[immodifika | immodifika s-sors]

S'issa, vettura spazjali waħda rnexxilha tersaq viċin l-ewwel pjaneta. Fl-1974 u l-1975, Mariner 10 għamel tliet titjiriet f'serbut ta' 756 km (470 mil) imma, minħabba l-mod kif Merkurju jorbita max-Xemx, kien possibli biss li jittieħdu ritratti ta' 45% biss ta' wiċċu. Wiċċ Merkurju huwa mħaffer u jista' jiġi maqsum f'għoljiet u xgħajriet. L-għoljiet huma iżjed mħaffra mix-xgħajriet. Il-krateri ta' Merkurju huma simili għall-krateri li jinstabu fuq il-qamar u kienu mħaffrin l-iżjed mill-impatti tal-metjoriti kmieni fil-ħajja tas-sistema solari. Il-ħofor iż-żgħar huma għamla ta' bowls. Il-ġibda manjetika ta' Merkurju hija bejn wieħed u ieħor 2.5 darbiet iktar minn dik tal-qamar, materjal (ejecta) li jiġi provokat mill-impatti ma' jivvjaġġax daqshekk 'il bogħod bħal fuq wiċċ il-qamar.

L-ikbar konsegwenza ta' impatti hija il-Caloris Basin b'dijametru ta 1,340 kilometru (833 mil), li sar xi 3,850,000,000 sena ilu meta oġġett ta' xi 150 km (90 mil) ħabat ma' Merkurju. L-impatt sismiku vvjaġġa dritt tul il-pjaneta kollha u frakkassa l-wiċċ fuq il-parti opposta. Il-Basin huwa mdawwar minn irdum konċentritiku (concentric ridges) 'il fuq minn 2 km (1.2 mil) għoljin.

Ix-xgħajriet jestendu madwar u fil-Caloris Basin, dan seta' kien magħmul minn lava maħlula tippenetra l-wiċċ. Merkurju għandu xi għamliet waħdanin bħat-tawalin, sinwużi għamliet qishom—għoljiet magħrufa bħala lobate scraps. Dawn jestendu mill-għoli minn 100 metru għal 2 km (1.2 mil) u mit-tul minn 20 sa 500 km (12 sa 300 mil). Ġew iffurmati meta Merkurju kesaħ u għaqad bil-mod, b'hekk ġew maħluqa dawn ix-xorta ta' tikmix fil-magma ssolidifikata.