Aqbeż għall-kontentut

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

L-Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet) hu uffiċċju interistituzzjonali li għandu l-għan li jiżgura l-istampar tal-pubblikazzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Unjoni Ewropea (UE) - Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom.

L-Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet ta' kuljum joħroġ il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi 22 jew 23 lingwa (fl-Irlandiż meta l-pubblikazzjoni tkun meħtieġa), fenomenu uniku fid-dinja tal-istampa.

L-Uffiċċju jeditja u jikkoeditja pubblikazzjonijiet fil-kuntest tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni tal-istituzzjonijiet.

Barra minn hekk, l-Uffiċju tal-Pubblikazzjonijiet joffri numru ta' servizzi onlajn li jagħtu aċċess għal tagħrif dwar il-liġi ta' l-UE (EUR-Lex), il-pubblikazzjonijiet ta' l-UE (EU Bookshop), ix-xiri pubbliku (TED), u r-riċerka u l-iżvilupp ta' l-UE (CORDIS).

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

Ted Is-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CORDIS

EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

EU Bookshop Il-pubblikazzjonijiet kollha tal-UE li qed tfittex!