Candies (grupp)
Candies | |
---|---|
Oriġini | Ġappun |
Ġeneru | Pop, Rock |
Snin ta' attività | 1973–1978 |
Sit uffiċjali | Sony Music/candies |
Membri | |
Ran Ito (Ran) Joxiko Tanaka (Sue) Miki Fuġimura (Miki) |
Candies (キャンディーズ) kien grupp famuż ta' idoli Ġappuniżi[1] iffurmat fl-1973. L-ewwel singlu tagħhom kien "あなたに夢中" (Anata ni Muċu). Candies kien magħmul minn tliet tfajliet: Ran Ito (伊藤蘭) magħrufa bħala Ran, Joxiko Tanaka (田中好子) imsejħa Sue u Miki Fuġimura (藤村美樹) imsejħa Miki. Il-grupp kien popolari fost iż-żgħażagħ Ġappuniżi.
Kellhom 10 kanzunetti popolari ħafna; 年下の男の子 (Toxixita no Otokonoko), 春一番 (Haru Iċiban), 夏が来た! (Natsu ga Kita!), やさしい悪魔 (Jasaxiji Akuma), 暑中お見舞い申し上げます (Xoċuu Omimaj Moxjagemasu), アン・ドゥ・トロワ (Un, Deux, Trois), わな (Wana), and 微笑がえし (Ħoħoemi Gaexi). Kienu grupp ta' idoli rappreżentattiv tal-Ġappun fis-snin sebgħin flimkien ma' Pink Lady.
Fl-1977, fl-aqwa tal-popolarità tagħhom, ħallew irtiraw mid-dinja tal-mużika bil-frażi famuża "普通の女の子に戻りたい" ("Futsū no onnanoko ni modoritaj" "Irridu nerġgħu insiru tfajliet ordinarji.") Il-kunċert finali tagħhom sar fl-Istadju Korakuen fl-4 ta' April 1978.
Ftit snin wara li telqu l-kant, Ran u Sue ġew lura bħala attriċi u Miki reġgħet bdiet tkanta imma telqet ftit wara meta żżewġet. Sue imbagħad mietet bil-kanċer tas-sider f'April tal-2011.[2]
Diskografija
[immodifika | immodifika s-sors]Singli
[immodifika | immodifika s-sors]Ċentrali Vokali : Sue (1,2,3,4) Ran (5,6,7,8,9,10,11,12,13,14,15,17,18) Miki (16)
1. Anata ni Muchū (1973)
2. Soyokaze no Kuchizuke (1974)
3. Abunai Doyōbi(1974)
4. Namida no Kisetsu (1974)
5. Toshishita no Otoko no Ko (1975)
6. Uchiki na Aitsu (1975)
7. Sono Ki ni Sasenaide (1975)
8. Heart no Ace ga Detekonai (1975)
9. Haru Ichiban (1976)
10.Natsu ga Kita! (1976)
11.Heart Dorobō (1976)
12.Aishū no Symphony (1976)
13.Yasashii Akuma (1977)
14.Shochū Omimai Mōshiagemasu (1977)
15.Un Deux Trois (1977)
16.Wana (1977)
17.Hohoemi Gaeshi (1978)
18.Tsubasa (1978)
Vidjo
[immodifika | immodifika s-sors]Titolu | Mode | |
---|---|---|
1 | Candies Forever (1978 Final Carnival) | |
2 | Candies Treasure (1977-1978 Live) | |
3 | Candies Treasure VOL.1 (1977 Live) | Blu-ray |
4 | Candies Treasure VOL.2 (1977 Live) | Blu-ray |
5 | Candies Treasure VOL.3 (1978 Live) | Blu-ray |
6 | Candies Treasure VOL.4 (TV Live) | Blu-ray |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Fil-kultura Ġappuniża, idoli (アイドル, ajdoru) huma personalitajiet tal-midja ta' età fl-għaxriet jew kmieni fl-għoxrinijiet li huma meqjusa partikolarment "Kawaji", attraenti jew gustużi u li għal perjodu ta' bejn xi fit xhur jew ftit snin, jidhru regularment fuq il-midja tal-massa pereżempju bħala kantanti tal-pop.
- ^ Japan Today