Wikipedija:Utenti konfermati awtomatikament

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search

Insellimlek Ħabib, jiena jisimni Instantanjament u l-għanijiet ewlenin tiegħi jinkludu t-traduzzjoni u l-ħarsien tal-ortografija. L-ilsien Malti huwa lsien sabiħ u prestiġjuż minkejja li huwa żghir, u dan huwa fatt li kulħadd jista' jarah u jaqrah. grazzi għad-dawl li tana Alla. Meta sseħibt fi ħdan din il-komunità ċkejkna ta' wikipedjani, kont naf li ma kinitx ser tkun biċċa xogħol faċli biex jitla' n-numru ta' artikli ppubblikati bil-Malti, iżda kif jgħid il-Malti: Bil-qatra l-qatra tintela' l-ġarra, u għalhekk iddeċidejt li nibda nittaduċi bosta kontenut li jinsab f'artikli oħra, sintendi dan għandu jsir bil-għaqal sabiex jiżdied il-livell ta' komprendibbilità mill-qarrej, speċifikament mill-istudent.