Wikipedija:L-aħħar aħbarijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Wikipedija:AĦBAR)
Abbrevjazzjoni
WP:AĦBAR
L-użu ta' din il-paġna hu għal
Ħarifa
CC-by SA: Sergiy Miroshnik
CC-by SA: Sergiy Miroshnik

Tħabbru l-aqwa l-aqwa 20 ritratt minn madwar id-dinja ta’ Wiki Loves Earth 2023. Din kompetizzjoni fotografika annwali internazzjonali toffri opportunitià biex niddokumentaw il-wirt naturali tad-dinja. Din is-sena, il-konkors sar ben Mejju u Awwissu. B’kollox kien hemm 61,700 sottomissjoni minn aktar minn 3,300 parteċipant. Kull pajjiż jgħażel sa 15-il rebbieħ lokali f’żewġ kategoriji: pajsaġġi u dettalji ta’ flora u fawna. Kien hemm numru rekord ta’ pajjiżi parteċipanti: 50. Malta ħadet sehem għat-tieni sena konsekuttiva.


L-edizzjoni ta' dan is-sena tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (18-22 Ottubru 2023 - MFCC, Ta' Qali) inkludiet preżenza minn Wikimedia Community Malta. Din l-għaqda voluntaja taħdem biex tkattar l-għarfien dwar il-Wikipedija u proġetti oħra assoċjati magħha. Il-programm t'attivitajiet ta' WCM kien jinkludi ċ-ċeremonja tal-għoti tal-premjijiet għall-konkorsi Wiki Loves Folklore u Wiki Loves Earth ta' din is-sena. Ir-rebbieħa lokali ta' Wiki Loves Monuments 2023 tħabbru waqt din l-attività.

Wiki Loves Monuments huwa konkors annwali tal-fotografija miftuħ għal kulħadd, fejn int ukoll tista' żżid ritratti ta' bini storiku u monumenti oħra f'Malta u f'aktar minn 30 pajjiż ieħor madwar id-dinja. F'Malta din l-inzjattiva titmexxa minn Wikimedia Community Malta li jorganizzaw attivitajiet ta' taħriġ u informazzjoni għal min jixtieq jieħu sehem matul ix-xahar ta' Settembru, kif ukoll ċerimonja għar-rebbieħa aktar tard. Ir-rebbieħa tal-konkors tal-2023 se jitħabbru fil-21 ta' Ottubru waqt ċeremonja fil-Festival tal-Ktieb. Dawn jgħaddu biex jipparteċipaw fil-kompetizzjoni internazzjonali.

Sajf
It-tieni edizzjoni tal-konkors Wiki Loves Earth fuq il-Wikipedija bil-Malti saret bejn il-1 ta' Mejju u l-31 ta' Lulju 2023. Diversi utenti tal-Wikipedija jingħaqdu kull sena ma' komunitajiet oħra tal-Wikipedia madwar id-dinja għal konkors fotografiku dwar wirt naturali protett. F'Malta dan isir bil-kollaborazzjoni ta' Wikimedia Community Malta u bl-appoġġ ta' Friends of the Earth (Malta). Ir-rebbieħa jitħabbru dalwaqt.
Rebbiegħa

Ir-raba' edizzjoni tal-konkors Rebbiegħa CEE fuq il-Wikipedija bil-Malti saret bejn il-21 ta' Marzu u l-20 ta' Ġunju 2023. Diversi utenti tal-Wikipedija jingħaqdu kull sena ma' komunitajiet oħra tal-Wikipedia madwar id-dinja biex jittraduċi artikli dwar suġġetti li għandhom x'jaqsmu mal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, bil-kollaborazzjoni ta' Wikimedia Community Malta.

Xitwa

Wiki Loves Folklore 2023 f'Malta kienet it-tieni edizzjoni ta' dan il-konkors annwali tal-fotografija miftuħ għal kulħadd, fejn int ukoll tista' żżid ritratti ta' aspetti mill-kultura folkoristika f'Malta u f'pajjiżi oħra madwar id-dinja. F'Malta din l-inzjattiva titmexxa minn Wikimedia Community Malta. Tagħrif dwar il-konkors deher ukoll fuq The Times.[1] Din is-sena kien sottomessi 159 ritratt f'din il-kategorija minn 17-il utent. Ara aktar hawn: Wiki Loves Folklore in Malta 2023

Ħarifa

Wiki Loves Monuments huwa konkors annwali tal-fotografija miftuħ għal kulħadd, fejn int ukoll tista' żżid ritratti ta' bini storiku u monumenti oħra f'Malta u f'aktar minn 30 pajjiż ieħor madwar id-dinja. F'Malta din l-inzjattiva titmexxa minn Wikimedia Community Malta li jorganizzaw attivitajiet ta' taħriġ u informazzjoni għal min jixtieq jieħu sehem matul ix-xahar ta' Settembru, kif ukoll ċerimonja għar-rebbieħa f'Novembru. Ir-rebbieħa tal-konkors tal-2022 tħabbru fil-25 ta' Novembru waqt ċeremonja fil-Festival tal-Ktieb. Dawn għaddew biex jipparteċipaw fil-kompetizzjoni internazzjonali.

23 - 27 ta' Novembru 2022

Il-Wikimedia Community Malta ppreżentat il-Wikipedija Maltija waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb għall-ewwel darba. Ara d-dettalji.

14 ta' Novembru 2022

Il-Wikipedija Maltija tilħaq il-5000 artiklu permezz ta' Dar u Studjo ta' Luis Barragán.

Sajf

L-ewwel edizzjoni tal-konkors Wiki Loves Earth f'Malta saret matul ix-xhur ta' Ġunju u Lulju. Kull sena diversi utenti tal-Wikipedija jingħaqdu ma' komunitajiet oħra tal-Wikimedia madwar id-dinja għal konkors fotografiku dwar wirt naturali protett. F'Malta dan isir bil-kollaborazzjoni ta' Wikimedia Community Malta. Ir-rebbieħa minn Malta ta' dan il-konkors globali ssibhom f'din il-ħolqa.

Rebbiegħa

It-tielet edizzjoni tal-konkors Rebbiegħa CEE fuq il-Wikipedija bil-Malti sar bejn il-21 ta' Marzu u l-20 ta' Ġunju 2022. Diversi utenti tal-Wikipedija jingħaqdu kull sena ma' komunitajiet oħra tal-Wikipedia madwar id-dinja biex jittraduċi artikli dwar suġġetti li għandhom x'jaqsmu mal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, bil-kollaborazzjoni ta' Wikimedia Community Malta. Ir-rebbieħa ta' dan il-konkors jitħabbru f'Ġunju.

Frar-Marzu

Wiki Loves Folklore huwa konkors annwali tal-fotografija miftuħ għal kulħadd, fejn int ukoll tista' żżid ritratti ta' aspetti mill-kultura folkoristika f'Malta u f'pajjiżi oħra madwar id-dinja. Din kienet l-ewwel sena li Malta kienet inkluża f'din l-attività globali. F'Malta din l-inzjattiva titmexxa minn Wikimedia Community Malta li organizzaw attivitajiet ta' taħriġ u informazzjoni online għal min jixtieq jieħu sehem kull nhar ta' Ħamis fis-6pm matul ix-xhur ta' Frar u Marzu. Ara aktar hawn: Wiki Loves Folklore in Malta 2022

Jannar

Ritratt ta' Bieb il-Bombi minn George Abdilla, magħruf ukoll bħala Gizwardu, ġie kklassifikat fl-14-il post fil-konkors internazzjonali ta' Wiki Loves Monuments 2021. Din kienet l-ewwel darba li ritratt minn Malta daħal fl-aqwa 15 ta' Wiki Loves Monuments fuq livell internazzjonali.

Ħarifa
Wiki Loves Monuments huwa konkors annwali tal-fotografija miftuħ għal kulħadd, fejn int ukoll tista' żżid ritratti ta' bini storiku u monumenti oħra f'Malta u f'aktar minn 30 pajjiż ieħor madwar id-dinja. F'Malta din l-inzjattiva titmexxa minn Wikimedia Community Malta li jorganizzaw attivitajiet ta' taħriġ u informazzjoni għal min jixtieq jieħu sehem matul ix-xahar ta' Settembru, kif ukoll ċerimonja għar-rebbieħa f'Novembru. Ir-rebbieħa tal-konkors tal-2021 tħabbru fis-6 ta' Novembru u eventwalment ipparteċipaw fil-kompetizzjoni internazzjonali.
Sajf
WPWP hija kampanja annwali fejn edituri tal-Wikipedia madwar id-dinja iżidu ritratti ma' artikli nieqsa mir-ritratti. F'Malta din l-inzjattiva tħaddmet għall-ewwel darba din is-sena bil-kollaborazzjoni ta' Wikimedia Community Malta li organizzaw attivitajiet ta' taħriġ u informazzjoni matul Lulju u Awwissu.
Rebbiegħa
It-tieni edizzjoni tal-konkors Rebbiegħa CEE fuq il-Wikipedija bil-Malti saret bejn il-21 ta' Marzu u l-20 ta' Ġunju 2021. Diversi utenti ingħaqdu ma' komunitajiet oħra tal-Wikipedia madwar id-dinja biex jittraduċi artikli dwar suġġetti li għandhom x'jaqsmu mal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, bil-kollaborazzjoni ta' Wikimedia Community Malta. Ir-rebbieħa ta' dan il-konkors tħabbru fl-24 ta' Ġunju.
3 ta' Ġunju 2021
F'dan il-jum tfaċċa l-4,000 artiklu fuq il-Wikipedija bil-Malti. Dan l-artiklu huwa dwar it-Times of Malta u nħoloq minn Utent:EnriqueTabone waqt sessjoni ta' kull nhar ta' Ħamis organizzata mill-Wikimedia Community Malta.
Marzu
Il-Wikipedija bil-Malti tingħaqad ma' komunitajiet oħra tal-Wikipedia madwar id-dinja biex tiċċelebra n-nisa fl-arti, f'edit-a-tona bil-kollaborazzjoni ta' Wikimedia Community Malta.
15 ta' Jannar
Wikipedia tiċċelebra l-20 anniversarju mit-twaqqf tagħha. Malta tissieħeb bil-kampanja msejħa Wikipedia 20
1 ta' Settembru
L-artiklu Mikelanġlu jiġi promoss għal artiklu fil-vetrina
27 ta' Novembru
L-utent Leli Forte jingħata d-drittijiet ta' amministratur
1 ta' Mejju
L-artiklu Mata Hari jiġi promoss għal artiklu fil-vetrina
14 ta' Awwissu
Titnieda l-paġna uffiċjali tal-Wikipedija Maltija fuq Facebook
13 ta' Mejju
Titlesa l-fażi finali ta' traduzzjoni tal-verżjoni Beta tal-Wikipedija
6 ta' Diċembru
Il-Wikipedija Maltija tilħaq l-2500 artiklu
1 ta' Diċembru
L-artiklu Miguel de Cervantes jiġi promoss għal artiklu fil-vetrina
17 ta' Settembru
Titlesta t-traduzzjoni tal-kaxxa tal-għodda tal-verżjoni Beta tal-Wikipedija, fuq betawiki
1 ta' Settembru
L-artiklu Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 jiġi promoss għal artiklu fil-vetrina
1 ta' Awwissu
L-artiklu Festival tal-Eurovision jiġi promoss għal artiklu fil-vetrina
1 ta' Lulju
L-artiklu Isaac Newton jiġi promoss għal artiklu fil-vetrina
1 ta' Ġunju
L-artiklu Ludwig van Beethoven jiġi promoss għal artiklu fil-vetrina
3 ta' Mejju
Il-paġna tal-Istampa tal-Ġurnata tal-Wikimedia Commons tiġi tradotta bil-Malti
3 ta' April
Jiġi elett l-ewwel artiklu fil-vetrina, b'dan ikun l-artiklu Charles Darwin
19 ta' Marzu
Il-paġna prinċipali ta' Wikimedia Commons tiġi tradotta bil-Malti
18 ta' Frar
Il-Wikipedija Maltija tissieħeb fil-proġett tal-Vetrina
4 ta' Novembru
L-utent Chrisportelli jingħata d-drittijiet ta' amministratur
25 ta' Awwissu
L-elf utent joħloq kont fuq il-Wikipedija Maltija. Dan ikun Horv.petya li ħoloq l-kont tiegħu fit-20:05 tal-25 ta' Awwissu, 2008
19 ta' Lulju
Il-paġna prinċipali tal-Fondazzjoni Wikimedia tiġi tradotta bil-Malti
9 ta' Lulju
Jingħata bidu l-Portal tal-Kimika
4 ta' Mejju
Il-Wikipedija Maltija tilħaq l-2000 artiklu
5 ta' Jannar
Jingħata bidu l-Portal tal-Isport
18 ta' Novembru
Jingħata bidu l-Portal tal-Matematika
28 ta' Ottubru
L-utent Joelemaltais jingħata d-drittijiet ta' amministratur
6 ta' April
Il-Wikipedija Maltija tilħaq l-400 artiklu
21 ta' Ottubru
Il-Wikipedija Maltija tilħaq it-300 artiklu
10 ta' Settembru
Il-Wikipedija Maltija tagħlaq l-ewwel sena tagħha. Il-festa t-tajba lill-Wikipedjani kollha!
8 ta' Settembru
Il-Wikipedija Maltija tissieħeb fil-proġett ta' koordinazzjoni multilingwi Babel
5 ta' Settembru
Il-Wikipedija Maltija tissieħeb fil-proġett ta' multilingwi Traduzzjoni tal-ġimgħa
31 ta' Awwissu
Il-Wikipedija Maltija tilħaq il-200 artiklu
4 ta' Ġunju
Il-Wikipedija Maltija tilħaq il-100 artiklu
13 ta' April
Saret l-ewwel laqgħa uffiċjali tal-Wikipedija li saret fi Pjazza Reġina, Valletta. Ta' min jgħid li l-Wikipedija Maltija għandha l-unur li għamlet l-iktar laqgħa organizzata kmieni wara l-fundazzjoni tal-Wiki
13 ta' April
L-utent Roderick Mallia jingħata d-drittijiet ta' amministratur
28 ta' Marzu
L-utent Srl jingħata d-drittijiet ta' amministratur
10 ta' Settembru
Srl (li dak iż-żmien kien għad ma kellux kont) ipprova jidħol fuq http://mt.wikipedia.org u ra dal-messaġġ: This subdomain is reserved for the creation of a Wikipedia in the bil-Malti language. If you speak this language and think it would be cool to have your own Encyclopedia then you can make it. Go ahead. Translate this page and start working on your Encyclopedia. (Arkivju tal-paġna)