Victoria Amelina
Victoria Amelina | |
---|---|
![]() | |
Ħajja | |
Twelid | Lviv, 1 Jannar 1986 |
Nazzjonalità | Ukrajna |
Mewt | Dnipro, 1 Lulju 2023 |
Post tad-dfin | Ċimiterju ta' Lychkiv |
Kawża tal-mewt | omiċidju (attakk b'missila fuq ristorant fl-2023) |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Istitut Politekniku ta' Lviv |
Lingwi |
Ukren Ingliż Russu |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kittieb rumanzier saġġist poeta traduttur liriċista programmatur prożatur |
Premjijiet | |
Sħubija |
PEN Ukraine (en) ![]() |
Victoria Amelina (kunjomha xebba Shalamay; bl-Ukren: Вікторія Юріївна Амеліна; twieldet fl-1 ta' Jannar 1986 – mietet fl-1 ta' Lulju 2023), kienet rumanziera u riċerkatriċi tar-reati tal-gwerra Ukrena. Hija kienet l-awtur ta' żewġ rumanzi u ta' ktieb tat-tfal, rebbieħa tal-Premju Letterarju ta' Joseph Conrad[1] u finalista għall-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura.[2]
Ħajja bikrija u edukazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Victoria Amelina twieldet fi Lviv. Hija emigrat lejn il-Kanada flimkien ma' missierha meta kellha 14-il sena, iżda ftit wara reġgħet lura fl-Ukrajna.[3] Wara li temmet il-lawrija fix-xjenza tal-kompjuters fi Lviv,[4] Amelina bdiet il-karriera tagħha fit-teknoloġija informatika qabel ma saret kittieba u poeta full-time fl-2015.[5]
Kitba
[immodifika | immodifika s-sors]Mid-debutt tagħha bir-rumanz "Синдром листопаду, або Homo Compatiens" (Is-Sindromu tal-Waqgħa, jew Homo Compatiens) li ġie ppubblikat fl-2015, Amelina ffukat fuq il-kitba. Is-Sindromu tal-Waqgħa, jew Homo Compatiens (daħla ta' Yurii Izdryk) jittratta l-avvenimenti fil-pjazza Maidan fl-2014. Ir-rumanz ingħata diversi premjijiet letterarji, u ntlaqa' tajjeb mill-kritiċi u mill-istudjużi Ukreni u barranin.[6]
Fl-2016, Amelina ppublikat ktieb tat-tfal imsejjaħ Хтось, або Водяне серце (Xi ħadd, jew Qalb tal-Ilma).
Fl-2017, Victoria Amelina ppublikat ir-rumanz Дім для Дома (Ir-Renju tal-Ħolm ta' Dom) dwar il-familja ta' kurunell Sovjetiku li kien jgħix fi Lviv fis-snin 90 tas-seklu 20 fl-eks appartament tat-tfulija tal-awtur Lhudi Pollakk Stanisław Lem.[7] Ir-rumanz ġie nnominat għall-Premju Letterarju LitAkcent fl-2017 u għall-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura fl-2019.[8] Fl-2023 Amelina ngħatat offerta ta' pubblikazzjoni tal-ktieb mir-Renju Unit.[9]
Amelina kienet membru tal-PEN International. Fl-2018 ħadet sehem fl-84 Kungress tal-PEN fl-Indja bħala delegata mill-Ukrajna u tat diskors dwar ir-reġista u l-priġunier politiku Ukren fir-Russja Oleg Sentsov.[10] Fl-2021 ingħatat il-Premju Letterarju ta' Joseph Conrad Korzeniowski u f'dik l-istess sena Amelina stabbiliet festival tal-letteratura fir-reġjun ta' Donetsk.[11]
Fl-2022 bdiet tikteb il-poeżiji wkoll.[12] Hija spjegat il-motivazzjonijiet li wasluha għal din l-għażla: "Il-gwerra dak tħallilek. Is-sentenzi jkunu qosra kemm jista' jkun, il-punteġġjatura lussu żejjed, it-trama mċajpra, iżda kull kelma jkollha tifsira kbira. Dan kollu japplika għall-poeżija kif ukoll għall-gwerra".[13] Il-proża u l-poeżiji tagħha ġew tradotti b'bosta lingwi oħra.
F'Ġunju 2023, Amelina ngħatat residenza għal sena f'Pariġi għall-kittieba Ukreni spustjati. Hija ppjanat li tuża r-residenza sabiex tlesti l-iżjed ktieb reċenti tagħha, Ħarsa lejn in-Nisa Jħarsu lejn il-Gwerra, li ġie deskritt bħala "djarju dwar tużżana nisa, inkluż hi stess, ifittxu l-ġustizzja".[14] Hija nqatlet qabel ma bdiet ir-residenza tagħha. Skont l-edituri tagħha, kienet għadha lestiet "kważi 60 fil-mija" tal-ktieb meta mietet. Ġie ppubblikat minn St. Martin's Press fl-2025. Sabiex jagħmlu tajjeb għan-nuqqasijiet fil-ktieb, l-edituri tagħha ddeċidew li jdaħħlu n-noti u l-osservazzjonijiet ta' Amelina bejn is-siltiet.[15]
Xogħol fi żmien il-gwerra
[immodifika | immodifika s-sors]Wara li bdiet l-invażjoni Russa fl-Ukrajna, hija ħadmet bħala riċerkatriċi tar-reati tal-gwerra għall-organizzazzjoni Ukrena, Truth Hounds (Kaċċaturi tal-Verità). Hija użat it-taħriġ tagħha bħala rumanziera biex tintervista x-xhieda.[16][17]
F'Settembru 2022, hi u twettaq ir-riċerka fir-reġjun ta' Izium, hija żvelat id-djarju tal-gwerra tal-kittieb Ukren Volodymyr Vakulenko, li kien inqatel mill-forzi tal-okkupazzjoni f'Marzu 2022.[18] F'Mejju 2023, Vakulenko ngħata premju wara mewtu mingħand l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Pubblikaturi, u Amelina aċċettatu f'ismu.
Amelina ospitat ukoll lill-Ukreni li ġew spustjati internament u għenet biex titwassal l-għajnuna umanitarja fi Lviv.
Ħajja personali u mewt
[immodifika | immodifika s-sors]Amelina kellha iben fil-bidu tat-tieni deċennju tas-seklu 21.
Mill-2022, Amelina għexet fi Kiev. F'Ġunju 2023, wara li ngħatat residenza f'Pariġi, Amelina kkunsidrat li tmur tgħix hemm flimkien ma' binha ta' 12-il sena.
Fis-27 ta' Ġunju 2023, hija ndarbet matul attakk Russu fuq Kramatorsk waqt li kienet qed tiekol fir-ristorant RIA Pizza flimkien ma' Héctor Abad, Sergio Jaramillo u Catalina Gómez. Ir-ristorant intlaqat minn missila tat-tip Iskander.[19][20] Amelina mietet minħabba t-tidrib li ġarrbet fl-1 ta' Lulju fl-Isptar Mechnikov f'Dnipro tal-età ta' 37 sena. Hija ndifnet fi Lviv.[21][22]
Fl-2023 ġie ppubblikat tribut lil Amelina msejjaħ Qatt Ma Ġara Xejn Ħażin minn Arrowsmith Press. Dan kien jinkludi xi kontributi internazzjonali u xi xogħol ppubblikat preċedentement minn Amelina u li ġie tradott bl-Ingliż.[23][24]
Biblijografija
[immodifika | immodifika s-sors]- «Синдром листопаду, або Homo Compatiens» (Is-Sindromu tal-Waqgħa, jew Homo Compatiens, Discursus, 2014) ISBN 9786177236091.
- «Синдром листопаду, або Homo Compatiens» (Is-Sindromu tal-Waqgħa, jew Homo Compatiens, Віват, 2015) ISBN 9786176901716.
- «Хтось, Або Водяне Серце» (Xi ħadd, jew Qalb tal-Ilma, Видавництво Старого Лева, 2016) ISBN 9788771270372.
- «Дім для Дома» (Ir-Renju tal-Ħolm ta' Dom, Видавництво Старого Лева, 2017) ISBN 9786176794165.
- «Е-е-есторії екскаватора Еки» (Ġrajjiet ta' Eka l-Iskavatur, Львів: Видавництво Старого Лева, 2021) ISBN 978-617-679-924-5.
Antoloġiji
[immodifika | immodifika s-sors]- «Це зробила вона» (Irnexxielha, Видавництво «Видавництво», 2017).
- «Лялька» (Pupa, Видавництво Старого Лева, 2018).
- «Мости замість стін» (Pontijiet Minflok Ħitan, Видавництво Старого Лева, 2020)
- «Що дасть нам силу?» (X'Jagħtina s-Saħħa, Дух і літера, 2020)
- «Ковчег „Титанік". 20 есеїв про людство зразка 2020–го» (L-Arka Msejħa Titanic. 20 Esej dwar l-Umanità tal-2020, онлайн-антологія 27 Bookforum, 2020)
Premjijiet
[immodifika | immodifika s-sors]- Ordni għall-Mertu, it-tielet klassi (fit-22 ta' Jannar 2024, wara mewtha).[25]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "The Conrad Literary Award granted by the Polish Institute in Kyiv". instytutksiazki.pl (bil-Pollakk). 2021-12-17. Miġbur 2025-06-05.
- ^ "Eurozine". www.eurozine.com. 2022-03-31. Miġbur 2025-06-05.
- ^ "Colgate Mourns Death of Ukrainian Writer Victoria Amelina | Colgate University". www.colgate.edu (bl-Ingliż). Miġbur 2025-06-05.
- ^ "Amelina Victoria". PEN Ukraine (bl-Ingliż). 2022-04-01. Miġbur 2025-06-05.
- ^ "Ukrainian author dies from wounds sustained in Kramatorsk attack". Al Jazeera (bl-Ingliż). Miġbur 2025-06-05.
- ^ "Empathy – the only thing that will save us : anthropology of Homo Compatiens in the novel of Victoria Amelina" (bl-Ingliż). 2015-12-01. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-08-14. Miġbur 2025-06-05.
- ^ "Wrocław in the City of Lem. The beginning of an international seminar". www.wroclaw2016.pl (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-08-14. Miġbur 2025-06-05.
- ^ "EUPL 2019 shortlisted candidates — European Union Prize for Literature". www.euprizeliterature.eu (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-05-07. Miġbur 2025-06-05.
- ^ Higgins, Charlotte (2023-07-14). "Stalin erased one generation of Ukraine's artists. Now Putin is killing another – including my friend" (bl-Ingliż). Miġbur 2025-06-05.
- ^ ""The stories win people's minds, not bullets": Victoria Amelina's speech about the trial of Sentsov at the 84th PEN Congress in Pune". PEN Ukraine (bl-Ingliż). 2018-09-29. Miġbur 2025-06-05.
- ^ Vinograd, Cassandra (2023-07-03). "Ukrainian Writer Victoria Amelina Dies After Kramatorsk Strike" (bl-Ingliż). Miġbur 2025-06-05.
- ^ Higgins, Charlotte (2022-12-09). "For Ukrainians, poetry isn't a luxury, it's a necessity during war" (bl-Ingliż). Miġbur 2025-06-05.
- ^ Simon, Scott (2023-07-08). "Opinion: Remembering Ukrainian poet Victoria Amelina" (bl-Ingliż). Miġbur 2025-06-05.
- ^ Kakissis, Joanna (2023-07-15). "She saved the diary of a Ukrainian writer killed by Russia. Then she was killed, too" (bl-Ingliż). Miġbur 2025-06-05.
- ^ Donner, Rebecca (2025-02-18). "She Gathered Evidence of War Crimes. Then She Became a Victim of One" (bl-Ingliż). Miġbur 2025-06-05.
- ^ "An unshakable resolve persists in Ukraine, says Kyiv writer Victoria Amelina as she shares horrific war truths". www.independent.ie (bl-Ingliż). 2022-10-21. Miġbur 2025-06-05.
- ^ Giovanni, Janine di (2025-06-04). "The Defiance of Celebrating Literature in the Midst of War" (bl-Ingliż). Miġbur 2025-06-05.
- ^ "Uncovering the buried diary of an executed Ukrainian writer". The Irish Times (bl-Ingliż). Miġbur 2025-06-05.
- ^ "Ukrainian writer Victoria Amelina in hospital after Kramatorsk missile strike" (bl-Ingliż). Miġbur 2025-06-05.
- ^ Graham-Harrison, Emma (2023-06-30). "Ukrainian author Victoria Amelina critically injured in Kramatorsk strike" (bl-Ingliż). Miġbur 2025-06-05.
- ^ "Victoria Amelina, a Ukrainian writer, and our dearest colleague, passed away". PEN Ukraine (bl-Ingliż). 2023-07-02. Miġbur 2025-06-05.
- ^ "Victoria Amelina: Ukrainian writer dies after Kramatorsk strike" (bl-Ingliż). 2023-07-02. Miġbur 2025-06-05.
- ^ "Books". ARROWSMITH (bl-Ingliż). Miġbur 2025-06-05.
- ^ "Amelina Victoria". PEN Ukraine (bl-Ingliż). 2022-04-01. Miġbur 2025-06-05.
- ^ "УКАЗ ПРЕЗИДЕНТА УКРАЇНИ №16/2024 — Офіційне інтернет-представництво Президента України" . Miġbur 2025-06-05.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)