Aqbeż għall-kontentut

Victor Calvagna

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Victor Calvagna
Ħajja
Twelid 22 Marzu 1958
Nazzjonalità Malta
Kolonja ta' Malta
Mewt 4 Jannar 2022
Kawża tal-mewt mewta aċċidentali (car collision (en) Translate)
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni tabib

Victor Calvagna (22 ta' Marzu 1958 - 2 ta' Jannar 2022)[1] kien tabib, konsulent mediku, u lettur anzjan universitarju[2] Malti kif ukoll il-fundatur tal-organizzazzjoni Puttinu Cares.[3]

Huwa kien jispeċjalizza fit-trattament tal-kanċer pedjatrika[4] u kien l-ewwel Malti li speċjalizza fl-onkoloġija.[5] Kien magħruf bħala "bniedem umli li ta ħajtu kollha lit-tfal morda u lill-ġenituri tagħhom li tant kien iħobb".[1] Huwa kien jipprattika diversi sports u kien dejjem jippromwovi l-eżerċizzju bħala mod ta' kif persuna tibqa' attiva u b'saħħitha.[2]

F'Ottubru tas-sena 2002, huwa, flimkien ma' Rennie Zerafa, waqqaf il-fondazzjoni Puttinu Cares bil-għan li tipprovdi kura u sapport għat-tfal morda bil-kanċer u għall-familji tagħhom. Fost servizzi oħra, din il-fondazzjoni tagħmel kampanji ta' tagħrif u tipprovdi solidarjetà u wens. Hija tagħti ukoll sapport finanzjarju lill-familji affetwati billi tipprovdilhom akkomodazzjoni ġo Londra meta t-tfal ikollhom bżonn trattament speċjalizzat minħabba l-kundizzjoni tagħhom.[3]

Lejn l-aħħar tas-sena 2021, it-tabib Calvagna kien intlaqat minn karozza waqt li kien qed jiġri fix-xatt tal-Qawra. Dan wassal biex traġikament jaqa' f'koma,[6] u wara ftit jiem fit-taqsima tal-kura intensiva tas-Sptar Mater Dei huwa miet kawża tal-ġrieħi li ġarrab minn dan l-inċident. F'Ġunju tal-2022, is-sindku ta' San Pawl il-Baħar inawgura bust tat-tabib fil-Qawra, viċin ta' fejn kien seħħ l-inċident fatali.[7] Ix-xahar ta' wara, ġie inawgurat ġnien residenzjali msemmi warajh fiż-żona Ta' Mlit fil-Mosta, viċin ta' fejn kien jgħix.[8]

  1. 1 2 Gatt, Thomas. "Victor Calvagna - RIP.com.mt". www.rip.com.mt (bil-Malti). Miġbur 2025-12-04.
  2. 1 2 Attard Montalto, Simon; Laferla, Godfrey (2022-01-05). "Dr Victor Calvagna: A Tribute". University of Malta Newspoint (bl-Ingliż). Miġbur 2025-12-04.
  3. 1 2 "Who we are". Puttinu Cares (bl-Ingliż). Miġbur 2025-12-04.
  4. "'True hero' Victor Calvagna passes away". whoswho.mt (bl-Ingliż). Miġbur 2025-12-04.
  5. Grech, Greta (2022-04-05). "Watch: Meet Victor Calvagna, The Human Behind The Hero". LovinMalta (bl-Ingliż). Miġbur 2025-12-04.
  6. Borg, Amy (2021-12-31). "It-tifla ta' Calvagna tispjega l-kundizzjoni ta' missierha - Newsbook". newsbook.com.mt (bil-Malti). Miġbur 2025-12-04.
  7. Rossitto, Andrea (2022-06-23). "Il-memorja tat-Tabib Calvagna ħajja f'bust fil-Qawra". TVM News (bil-Malti). Miġbur 2025-12-04.
  8. "Ġnien Victor Calvagna". Project Green (bl-Ingliż). 2022. Miġbur 2025-12-04.