Utent:Philip Ellul
Philip Ellul twieled f'Ħaż-Żebbuġ, Malta, fl-20 t'April 1985.
Huwa rċieva l-edukazzjoni bikrija tiegħu fl-Iskola Primarja ta' Ħaż-Żebbuġ. Fl-1996, Ellul daħal fl-Iskola tas-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù (limiti tar-Rabat, Malta). Wara kompla bl-istudji tiegħu fil-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela (il-Junior College), u fl-Universita' ta' Malta, bejn is-snin 2001 u 2009, minn fejn kiseb b'suċċess il-Baċellerat fil-Liġi u l-Malti (LL.B.) fl-2006, id-Diploma ta' Nutar Pubbliku (Dip. Not. Pub.) fl-2007, u d-Dottorat fil-Liġi (LL.D.) fl-2009.
Fil-preżent, Ellul qiegħed jipprattika l-professjoni legali bħala Nutar Pubbliku u Kummissjunarju għall-Ġuramenti f'Malta.
Ellul huwa awtur ta' għadd ġmielu ta' poeżiji bil-Malti, drammi, stejjer qosra, esejs u artikli varji. Barra minn hekk, matul dawn l-aħħar snin, Ellul ipproduċa u ppreżenta diversi programmi mużikali u letterarji fuq stazzjonijiet radjufoniċi. Huwa jikkontribwixxi regolarment permezz tal-kitba f'numru ta' fuljetti, kotba u magazines li jiġu mitbugħha perjodikament.
Fl-2010, Dr Ellul inħatar bħala l-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-Parroċċa ta' San Filep t'Aġġira f'Ħaż-Żebbuġ. Huwa wkoll membru ex officio tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u membru tal-Kummissjoni "Relazzjonijiet Pubbliċi u Media" fi ħdan l-istess Parroċċa.
Ix-xogħlijiet letterarji ta' Philip Ellul jinstabu f'dan is-sit elettroniku: http://filippu.tripod.com