Thymbra capitata
| Thymbra capitata | |
|---|---|
|
| |
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Saltna | Plantae |
| Ordni | Lamiales (mul) |
| Familja | Lamiaceae (mul) |
| Ġeneru | Thymus (mul) |
| speċi | Thymus capitatus Hoffmanns. & Link, 1809
|
It-Thymbra capitata magħrufa bħala Sagħtar jew Is-Sagħtar hija arbuxxell perenni mill-familja Lamiaceae. [1] [2] [3] [4] It-Thymbra capitata tikber fir-reġjun fil-Mediterran u hija indiġena għall-Ġżejjer Maltin.[3] [2][1][5]
Deskrizzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Is-sagħtar tibda twarrad b'abbundanża f'Mejju sa nofs is-Sajf twarrad bi ftit fjuri waħdiet matul il-bqija tas-sena.[2][3][6][7] Il-fjuri jikbru f'bukketti, huma vjola fir-roża u xi drabi rari jistgħu jkunu bojod. [2][3][8] Tikber bħala arbuxxell tond li jkunu waħdiena jew fi gruppi ġox-Xagħri, fix-Xagħri viċin il-baħar, fix-xquq tal-ġebel kif ukoll fil-bidu tal-Widien [2][8][9][7]
F'Malta din l-ispeċi hija ikkonsidrata bħala mheddha fir-Red Data Book tal-Ġżejjer Maltin[10] [11] Fl-Iżrael, il-pjanta Thymbra capitata għandha status protett u huwa reat kriminali li taħsadha. [12]
Użu tas-Sagħtar
[immodifika | immodifika s-sors]F’Malta, l-għasel magħmul mill-fjuri tas-Sagħtar huwa imfittex sew u l-pjanta tas-Sagħtar hija meqjusa importanti ferm għat-trobbija tan-naħal u l-produzzjoni tal-għasel f’Malta. [3][13] Fis-Seklu Għoxrin, is-Sagħtar kienet l-aktar magħrufa fost il-Maltin għat-tiżjin tal-presepji fi Żmien il-Milied.[3] Għalkemm din l-użanza inqatgħet minħabba l-qtugħ ta rażan ta’ friegħi tas-Sagħtar għal dan l-għan[3]. Irriżulta sabiex is-Sagħtar ġiet legalment protetta fl-1932 minħabba din ir-raġuni, li din il-liġi għadha tapplika sal-lum il-ġurnata.[3][14] Skont il-leġislazzjoni "L.S.10.10 Leġislazzjoni Sussidjarja 10.10 Regolamenti Dwar il-Protezzjoni Tas-Sagħtar", is-Sagħtar ma jistax jitqaċċat, jinqala’ jew jittieħed mill-abitat naturali fejn jinstab għall-skopijiet biex jintuża jew jinbiegħ, kif ukoll huwa illegali li pjanti tas-Sagħtar li inġabru mis-Selvaġġ jinxtraw jew jinżammu. [14]
Iż-żejt essenzjali tas-Sagħtar, estratt l-aktar mill-weraq ta’ din il-pjanta, huwa magħruf sa minn żmien il-qedem għall-użu importanti tiegħu kemm għall-fwieħa, għall-kċina, għat-tħawwir tal-ikel, kif ukoll fil-Mediċina Tradizzjonali madwar il-Mediterran fosthom fi Żmien il-Griegi u r-Rumani. [15] [16] [17] Għadhom jintużaw ukoll fil-Mediċina Tradizzjonali sal-ġurnata tal-lum fil-Portugall u fit-Tuneżija, fosthom għall-kontra l-infjammazzjoni, bħala duwa għall-ġrieħi, għaċ-ċirkulazzjoni u kontra it-tikmix.[15][16] [18]
Iż-żjut essenzjali li huma estratti mis-Sagħtar kienu u għadhom suġġett importanti ta’ riċerka għall-applikazzjonijiet industrijali, fejn studji juru li l-ingredjenti li jinsabu fiż-Żejt essenzjali tas-Sagħtar għandhom il-potenzjal li jkunu effettivi bħala suppliment mal-ikel, erbiċida, fungiċida, insettiċida u bħala diżinfettant.[19][20][21][22][23] Kif ukoll bħala preservattivi tal-ikel minħabba l-kwalitajiet ta’ dan iż-żejt essenzjali, li jnaqqas ferm ir-rata tat-tkattir tal-batterji [24]. Inkluż għall-għan Mediku, fejn studji riċenti juru li l-komponenti fiż-żejt essenzjali tas-Sagħtar għandhom potenzjal li jintużaw fil-mediċini għal kontra it-tikmix [25]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- 1 2 "Thymbra capitata (L.) Cav. | Plants of the World Online | Kew Science". Plants of the World Online (bl-Ingliż). Miġbur 2025-04-22.
- 1 2 3 4 5 Mifsud, Stephen (2002-08-23). "Thymbra capitata (Mediterranean Thyme) : MaltaWildPlants.com - the online Flora of the Maltese Islands". maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2025-04-22.
- 1 2 3 4 5 6 7 8 ERA (2019). BioSnippet ISSUE 2 Thymbra Capitata. Environment & Resources Authority (ERA). Retrieved from https://era.org.mt/wp-content/uploads/2019/09/BioSnippet_2-Mediterranean_Thyme.pdf
- ↑ "Thymbra capitata (L.) Cav". www.worldfloraonline.org (bl-Ingliż). Miġbur 2025-07-31.
- ↑ "Thymbra capitata (L.) Cav". www.gbif.org (bl-Ingliż). Miġbur 2025-07-31.
- ↑ "Thymbra capitata [Timo arbustivo] - Flora Italiana". luirig.altervista.org. Miġbur 2025-07-31.
- 1 2 "Thymbra capitata". www.cretanflora.com. Miġbur 2025-07-31.
- 1 2 "Thymbra capitata (L.) Cav. | Flora of Greece – An annotated checklist". portal.cybertaxonomy.org (bl-Ingliż). Miġbur 2025-07-31.
- ↑ Valeria, Tomaselli,; Saverio, Sciandrello,; Pietro, Minissale,; Luigi, Forte,; Emanuele, Costanzo, (2024-01). "Syntaxonomical Remarks on the Garrigues from Apulia (S Italy) and Neighboring Territories". Plants (bl-Ingliż). 13 (13). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=(għajnuna)Manutenzjoni CS1: punteġġjatura żejda (link) - ↑ "Red Data Book for the Maltese Islands" (bl-Ingliż). Miġbur 2025-04-22.
- ↑ Mifsud, Stephen (2002-08-23). "Thymbra capitata (Mediterranean Thyme) : MaltaWildPlants.com - the online Flora of the Maltese Islands". maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2025-04-22.
- ↑ "MAPA's dictionary of plants and flowers in Israel | WorldCat.org". search.worldcat.org (bl-Ingliż). Miġbur 2025-04-22.
- ↑ Farrugia, D., Martin-Hernandez, R., & Zammit Mangion, M. (2022). Beekeeping in Malta: A Review of Current Practices, Trends and Challenges. Bee World, 99(4), 131-138. doi:https://doi.org/10.1080/0005772X.2022.2113231
- 1 2 "LEĠIŻLAZZJONI MALTA". legislation.mt. Miġbur 2025-07-31.
- 1 2 Kheiria, Hcini,; Abir, Bahi,; Bendhifi, Zarroug, Monia; Ben, Farhat, Mouna; Abel, Lozano-Pérez, Antonio (2022-01). "Polyphenolic Profile of Tunisian Thyme (Thymbra capitata L.) Post-Distilled Residues: Evaluation of Total Phenolic Content and Phenolic Compounds and Their Contribution to Antioxidant Activity". Molecules (bl-Ingliż). 27 (24). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=(għajnuna)Manutenzjoni CS1: punteġġjatura żejda (link) - 1 2 Andrews, Alfred C. (1958-01). "Thyme as a Condiment in the Graeco-Roman Era". Osiris. 13: 150–156. Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=(għajnuna) - ↑ Sabater-Jara, A. B., Funes, M. P., Pedreño, M. A., & Belchí-Navarro, S. (2019). Essential oils of Thymbra capitata and Thymus hyemalis and their uses based on their bioactivity. Thymus. doi: 10.5772/intechopen.89309
- ↑ Alves-Silva, J. M., Pedreiro, S., Cruz, M. T., Salgueiro, L., & Figueirinha, A. (2023). Exploring the Traditional Uses of Thymbra capitata Infusion in Algarve (Portugal): Anti-Inflammatory, Wound Healing, and Anti-Aging. Pharmaceuticals, 16(9), 1202. doi:https://doi.org/10.3390/ph16091202
- ↑ Mercedes, Verdeguer,; Guillermo, Castañeda, Luis; Natalia, Torres-Pagan,; Antonio, Llorens-Molina, Juan; Alessandra, Carrubba, (2020-01). "Control of Erigeron bonariensis with Thymbra capitata, Mentha piperita, Eucalyptus camaldulensis, and Santolina chamaecyparissus Essential Oils". Molecules (bl-Ingliż). 25 (3). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=(għajnuna)Manutenzjoni CS1: punteġġjatura żejda (link) - ↑ Merino, Natalia; Berdejo, Daniel; Bento, Roberta; Salman, Hesham; Lanz, María (2019-07-01). "Antimicrobial efficacy of Thymbra capitata (L.) Cav. essential oil loaded in self-assembled zein nanoparticles in combination with heat". Industrial Crops and Products. 133: 98–104.
- ↑ Karampoula, Foteini; Giaouris, Efstathios; Deschamps, Julien; Doulgeraki, Agapi I.; Nychas, George-John E. (2016-09). "Hydrosol of Thymbra capitata Is a Highly Efficient Biocide against Salmonella enterica Serovar Typhimurium Biofilms". Applied and Environmental Microbiology. 82 (17): 5309–5319. Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=(għajnuna) - ↑ Gabriele, Simone,; Margherita, Campo,; Silvia, Urciuoli,; Lorenzo, Moncini,; Maider, Giorgini, (2025-07). "In Vitro Efficacy of Thymbra capitata (L.) Cav. Essential Oil Against Olive Phytopathogenic Fungi". Microorganisms (bl-Ingliż). 13 (7). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=(għajnuna)Manutenzjoni CS1: punteġġjatura żejda (link) - ↑ Saoulajan, Charfi; Boujida, Nadia; El Mihyaoui, Amina; El Baakili, Aafaf; Alshahrani, Mohammed Merae (2022-11-01). "Phytochemistry, pharmacological investigations, industrial applications, and encapsulation of Thymbra capitata L., a review". Trends in Food Science & Technology. 129: 463–491.
- ↑ Charfi, S.; Boujida, N.; Abrini, J.; Senhaji, N. S. (2019-01-01). "Study of chemical composition and antibacterial activity of Moroccan Thymbra capitata essential oil and its possible use in orange juice conservation". Materials Today: Proceedings. International Conference on Materials and Environmental Science, ICMES2018, Mohammed Premier University, Oujda, Morocco, April 26-28, 2018. 13: 706–712.
- ↑ Miguel, Maria Graça; Gago, Custódia; Antunes, Maria Dulce; Megías, Cristina; Cortés-Giraldo, Isabel (2015). "Antioxidant and Antiproliferative Activities of the Essential Oils from Thymbra capitata and Thymus Species Grown in Portugal". Evidence-Based Complementary and Alternative Medicine (bl-Ingliż). 2015 (1): 851721.