Tetraclinis
Tetraclinis | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju | Plantae |
Klassi | Pinopsida (en) |
Ordni | Pinales (en) |
Familja | Cupressaceae (en) |
ġeneru | Tetraclinis Mast., 1892
|
Distribuzzjoni ġeografika | |
Tetraclinis Mast. huwa ġeneru li jiġbor is-siġar koniferi li jħaddru s-sena kollha mill-familja Cupressaceae[1] Dan il-ġeneru fih speċi waħda biss; Tetraclinis articulata,[1] [2] magħrufa wkoll bħala Thuja articulata, [3] Barbary thuja, [4] Sandarac, [5] Għargħar u s-siġra tal-Għargħar.[6] Din l-ispeċi hija endemika għar-reġjun tal-Punent tal-Mediterran.[7]
Abitat u distribuzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Is-siġra tal-Għargħar hija indiġena u abbundanti l-aktar fil-Majjistral tal-Afrika, mill-Muntanji Atlas fil-Marokk, l-Alġerija, u sat-Tuneżija, b'żewġ popolazzjonijiet żgħar oħra; b'waħda f'Malta, kif ukoll poplazzjoni oħra qrib Cartagena fix-Xlokk ta' Spanja.[7][8][9] Is-siġra tal-Għargħar tikber f'altitudnijiet relattivament baxxi fi klima Mediterranja, li hija sħuna u niexfa. Fil-fatt tikber fuq l-irdumijiet ta' ħdejn il-baħar, fil-foresti u fil-widien.[6] Kif ukoll f'għoljiet fil-beraħ f'xemx diretta f'ħamrija fqira. [10] Għalkemm din hija rari fis-selvaġġ f'Malta, fejn xi darba kienet aktar abbundanti milli hi illum. [11][6][12] Illum il-ġurnata f'Malta hija frekwenti fil-ġonna u f'postijiet ta' afforestazzjoni.[6][12]
Is-siġra tal-Għargħar tikber f'assoċċazzjoni ma' speċi ta' pjanti oħra fosthom il-Periploca angustifolia, Pinus halepensis, Anthyllis hermanniae u Erica multiflora fost oħrajn.[13][12]
Id-distribuzzjoni tas-siġra tal-Għargħar naqset drastikament matul iż-żminijiet minħabba l-pressjoni tal-bniedem fosthom bl-iżviluppar tal-ambjent għall-użu tiegħu, mir-ragħa tal-annimali, nirien u kompetizzjoni minn speċi invażivi.[14]
Tassonomija
[immodifika | immodifika s-sors]L-eqreb qraba ta' dan il-ġeneru huma Platycladus u Calocedrus, bl-eqreb xebħ ma’ dawn tal-aħħar.[15] [16] Fil-passat, il-ġeneru Tetraclins ġieli tpoġġa mal-ġeneri ta' Thuja jew Callitris, iżda dawn il-ġeneri huma inqas relatati mill-qrib ma' dan il-ġeneru.[17]
Deskrizzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]It-Tetraclinis articulata hija siġra li tikber bil-mod u titwal sa 6–15 metru u raramet twassal għall-għoxrin metru fit-tul.[7] Filwaqt li z-zokk prinċipali ikun bejn 0.5-1 metru fil-wisa'.[11] Ħafna drabi z-zokk prinċipali ikun maqsum f'żewġ zkuk jew iktar mill-bażi.[18] Is-siġar li għadhom żgħar ikollhom forma pyramidali.[19][7] Filwaqt li siġar maturi ikollhom forma irregolari [18]
Il-weraq jifforma fi friegħi miftuħin b'weraq li ikun 1-8 mm fit-tul u 1–1.5 mm wiesgħa; il-weraq huma rranġati f'pari opposti f'grupp ta' erbgħa.[18] [20] Twarrad fi Frar, iz-zahar u l-inwar jikbru fuq l-istess siġra, fejn iz-zahar jiddakkru bir-riħ.[11] iz-zahar ikun ta' daqs 8-3mm u l-inwar 5-7mm.[11][20] Il-frotta tas-siġra tal-Għargħar issir bejn Novembru u Diċembru.[11]
Il-frotta tal-Għargħar hija 10-15 mm fit-tul, ta' lewn aħdar li jsir kannella-ħamrani meta jimmaturaw f'madwar 8 xhur.[11][18] Il-frotta għanda diametru ta' 10-15mm.[21] Kull frotta tinqasam f'erba' bicciet ħoxnin tal-injam li huma irranġati f'żewġ pari opposti.[21] Iż-żrieragħ huma 5-7 mm fit-tul u 2 mm wiesgħa, bi ġwienħa irqiqa bħall-karta fuq kull naħa taż-żerriegħa. [11][21]
Is-siġra tal-Għargħar hija waħda minn numru żgħir ta' koniferi li kapaċi jerġgħu jinbtu miz-zkuk prinċipali u mill-għeruq meta dawn is-siġar jitqaċċtu jew jinħarqu. [18] Dan huwa adattament sabiex jgħixu fi klima sħuna li jkolla żminijiet ta' nixfa, nirien naturali u livelli immoderati ta' ragħa tal-annimali.[22] Siġar xjuħ li nibtu kemm il-darba matul għexrieren ta' snin jifformaw għenieqed tal-injam fuq il-wiċċ taz-zokk prinċipali magħrufin bħala lupias . [18]
L-użu u s-simboliżmu
[immodifika | immodifika s-sors]Hija s-siġra nazzjonali ta' Malta, fejn hija magħrufa bħala għargħar (imnissla mill-Għarbi عَرْعَر ʿarʿar ). [23].
Ir-reżina, magħrufa bħala sandarac, tintuża sabiex jsir verniċ, likur u fil-mediċina tradizzjoni fl-Afrika ta' fuq.[24][18] Ir-reżina hija partikolarment importanti fir-restawr tal-pitturi.[25] L-injam tas-siġra tal-Għargħar jintuża fl-ornamenti tal-injam, għodda u fil-bini tad-djar fejn l-injam huwa magħruf bħala Thuja-burr[26][18]
Kultivazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Is-siġra tal-Għargħar hija kkultivata kemm bħala siġra ornamentali fi klima sħuna u niexfa, kif ukoll bħala ħajt u ilqugħ għall-privatezza u s-sigurtà.[27] Illum il-ġurnata tintuża ukoll fi proġetti ta’ afforestazzjoni.[12]
Protezzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Is-Siġra tal-Għargħar hija speċi protetta bil-ligi fi Spanja kif ukoll f'Malta.[28] Skont il-lista l-ħamra tal-IUCN għall-Ewropa, is-Siġra tal-Għargħar hija meqjusa fil-periklu tal-estinżjoni bil-klassifikazzjoni ta' EN.[29]
Fdalijiet fossilizzati
[immodifika | immodifika s-sors]Mill-fdalijiet fossilizzati ta' weraq u frott li kienu nstabu f'Monte Tondo u Borgo Tossignano, fit-Tramuntana tal-Appennini, l-Italja, kienet instabet speċi estinta relatata mill-istess ġeneru li ingħatat l-isem ta' Tetraclinis salicornioides.[30] Tetraclinis salicornioides kienet mill-perjodu Messinian (madwar 5.7 Ma).[30]
Stampi
[immodifika | immodifika s-sors]-
Tetraclinis articulata b'forma pyramidali fil-muntanji ta' Cartagena, Spanja
-
Tazza magħmula mill-injam tal-għeruq miż-żona ta' Essaouira fil-Marokk
-
Ilustrazzjoni botanika mil-ktieb ta' Koehler Medicinal-Plants (1887)
-
Il-Frotta u ż-żerriegħa tat-Tetraclinis articulata
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b "Tetraclinis Mast. | Plants of the World Online | Kew Science". Plants of the World Online (bl-Ingliż). Miġbur 2024-07-22.
- ^ García-Castaño, J. L., Balao, F., Lorenzo, M. T., Véla, E., Hadjadj-Aoul, S., Mifsud, S., & Terrab, A. (2021). A complex genetic structure of Tetraclinis articulata (Cupressaceae) in the western Mediterranean. Botanical Journal of the Linnean Society, 197(3), 420-438.
- ^ Algethami, Faisal K.; Jlizi, Salma; Znati, Mansour; Elamin, Mohamed R.; Ben Hamadi, Naoufel (2024-03-01). "Phytochemistry and Biological Assessment of Thuja articulata Trunk Barks: HPLC-PDA-ESI-MS Analysis, Bioevaluation, and Molecular Docking". Current Bioactive Compounds. 20 (3): 83–92.
- ^ Blondel, Jacques; Aronson, James (1999). Biology and Wildlife of the Mediterranean Region (bl-Ingliż). Stati Uniti: Oxford University Press. ISBN 978-0-19-850035-3. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|iktar=
(għajnuna)Manutenzjoni CS1: data u sena (link) - ^ "sandarac tree definition | English definition dictionary | Reverso". dictionary.reverso.net. Miġbur 2024-07-22.
- ^ a b ċ d Mifsud, Stephen (2002-08-23). "Tetraclinis articulata (Sandarac Gum Tree) : MaltaWildPlants.com - the online Flora of the Maltese Islands". www.maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-07-22.
- ^ a b ċ d Charco, J., & Blanco, E. (1999). El bosque mediterráneo en el norte de África: biodiversidad y lucha contra la desertificación.
- ^ Saxton, W. T. (1913). Contributions to the Life-history of Tetraclinis articulata, Masters, with some Notes on the Phylogeny of the Cupressoideæ and Callitroideæ. Annals of botany, 27(108), 577-605.
- ^ Esteve-Selma, M. A., Martínez-Fernández, J., Hernández-García, I., Montávez, J. P., López-Hernández, J. J., & Calvo, J. F. (2012). Potential effects of climatic change on the distribution of Tetraclinis articulata, an endemic tree from arid Mediterranean ecosystems. Climatic change, 113, 663-678.
- ^ Puértolas, Jaime & Chirino, Esteban & Prada, Arantxa. (2013). Tetraclinis articulata.
- ^ a b ċ d e f ġ Baldacchino A. E. (2018). Siġar Maltin: tagħrif, tnissil, ħarsien, għajdut. Valletta: Klabb Kotba Maltin
- ^ a b ċ d Calleja, E. J. (2018). Trees and Shrubs of the Maltese Islands and their Habitats. First edit., Nature Trust-FEE Malta, 184pp
- ^ Nicolás, M. J., & Selma, E. (2004). MA; Palazón, JA; López-Hernández, JJ Modelo sobre las preferencias de hábitat a escala local de Tetraclinis articulata (Vahl) Masters en una población de su área de distribución. An. Biol, 26, 157-167.
- ^ Sánchez-Gómez, P., Jiménez, J. F., Vera, J. B., Sánchez-Saorín, F. J., Martínez, J. F., & Buhagiar, J. (2013). Genetic structure of Tetraclinis articulata, an endangered conifer of the western Mediterranean basin. Silva Fennica, 47(5).
- ^ Wu, J. Y., Ding, S. T., Li, Q. J., Zhao, Z. R., & Sun, B. N. (2014). First occurrence of Platycladus from the upper Miocene of Southwest China and its phytogeographic implications. Plos one, 9(12), e115141.
- ^ Earle, Christopher J. (2023-02-26). "Calocedrus Kurz 1873". www.conifers.org (bl-Ingliż). Miġbur 2024-07-25.
- ^ Morte, Asunción & Honrubia, M.. (1996). Tetraclinis articulata (Cartagena Cypress). 10.1007/978-3-662-10617-4_24.
- ^ a b ċ d e f ġ g P. Sánchez Gómez, D.Stevens, M.Fennane, S.Tahar, M.F. Gardner and P.I.Thomas, 2019, Tetraclinis articulata, from the website: ‘Threatened Conifers of The World’ (https://threatenedconifers.rbge.org.uk/conifers/tetraclinis-articulata).
- ^ Mifsud, Stephen (2002-08-23). "Tetraclinis articulata (Sandarac Gum Tree) : MaltaWildPlants.com - the online Flora of the Maltese Islands". www.maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-07-25.
- ^ a b Sánchez de Lorenzo-cáceres, José Manuel. "TETRACLINIS ARTICULATA (Vahl) Mast". www.arbolesornamentales.es (bl-Ispanjol). Miġbur 2024-07-25.
- ^ a b ċ Farjon, Aljos (2005). A monograph of Cupressaceae and Sciadopitys (bl-Ingliż). Kew: Royal Botanic Gardens. ISBN 1842460684.
- ^ Zemrani, M., Camarero, J. J., Valeriano, C., Rubio-Cuadrado, A., Fulé, P. Z., Díaz-Delgado, R., & Taïqui, L. (2023). Site-contingent responses to drought of core and relict Tetraclinis articulata populations from Morocco and Spain. Dendrochronologia, 80, 126103.
- ^ "Tetraclinis articulata (arartree) description". www.conifers.org. Miġbur 2024-07-25.
- ^ Khatib, S., Sobeh, M., & Bouissane, L. (2022). Tetraclinis articulata (vahl) masters: An insight into its ethnobotany, phytochemistry, toxicity, biocide and therapeutic merits. Frontiers in Pharmacology, 13, 977726.
- ^ Decq, L., Stoffelen, P., Cattersel, V., Mazurek, J., Fremout, W., Veenhoven, J., ... & Vandenabeele, P. (2021). Quality control of natural resins used in historical European lacquer reconstructions with some reflections on the composition of sandarac resin (Tetraclinis articulata (Vahl) Mast.). Journal of Analytical and Applied Pyrolysis, 158, 105159.
- ^ Abdelwahed, F., Mohamed, R., Bousselham, K., Mohsine, Z., Fatima, E. B. C., De Marsan, M., ... & Abderrahim, F. (2015). Natural durability of Tetraclinis articulata (Vahl) Masters woods against wood decay fungi: laboratory test. Wood Research, 60(6), 865-872.
- ^ Earle, Christopher J. (2023-02-06). "Tetraclinis articulata". www.conifers.org (bl-Ingliż). Miġbur 2024-07-25.
- ^ Sánchez-Gómez, Pedro; Jiménez, Juan; Vera, Juan; Sánchez-Saorín, Francisco; Martínez, Juan (2013). "Genetic structure of Tetraclinis articulata, an endangered conifer of the western Mediterranean basin". Silva Fennica. 47 (5).
- ^ "Tetraclinis articulata (Sandarac)". iucnredlist.org (bl-Ingliż). 2016-05-09. Miġbur 2024-09-10.
- ^ a b Teodoridis, V., Kvaček, Z., Sami, M., Utescher, T., & Martinetto, E. (2015). Palaeoenvironmental analysis of the Messinian macrofossil floras of Tossignano and Monte Tondo (Vena del Gesso basin, Romagna Apennines, northern Italy). SBORNIK NARODNIHO MUZEA V PRAZE. RADA B. PRIRODNI VEDY, 71(3-4), 249-292.