Tempji Ħajjin Kbar taċ-Ċola

It-Tempji Ħajjin Kbar taċ-Ċola huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li jinkludi grupp ta' tempji Induisti tad-dinastija Ċola (spelluta wkoll bħala Chola) fl-istat Indjan ta' Tamil Nadu. It-tempju f'Thanjavur żdied fl-1987, filwaqt li ż-żewġ tempji l-oħra żdiedu fl-2004.[1]
Il-monumenti tlestew bejn il-bidu tas-seklu 11 u s-seklu 12 W.K. u jinkludu:
- it-Tempju ta' Brihadisvara f'Thanjavur, li nbena minn Rajaraja I;
- it-Tempju ta' Brihadisvara f'Gangaikonda Cholapuram, li nbena minn Rajendra Ċola I;
- it-Tempju ta' Airavatesvara f'Darasuram, li nbena minn Rajaraja II.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Kumpless tat-Tempju ta' Brihadisvara f'Thanjavur ġie rrikonoxxut bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1987. Il-Kumpless tat-Tempju ta' Brihadisvara f'Gangaikonda Cholapuram u l-Kumpless tat-Tempju ta' and Airavatesvara f'Darasuram żdiedu bħala estensjonijiet tas-sit fl-2004. [1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[1]
Tempji
[immodifika | immodifika s-sors]Ir-raħal ta' Thanjavur jinsab madwar 340 kilometru (210 mili) fil-Lbiċ ta' Chennai. Gangaikonda Cholapuram u Darasuram jinsabu rispettivament madwar 70 kilometru (43 mil) u madwar 40 kilometru (25 mil) fil-Grigal ta' Chennai.
Tempju ta' Brihadisvara f'Thanjavur
[immodifika | immodifika s-sors]
It-Tempju ta' Brihadisvara f'Thanjavur huwa tempju Induista ddedikat lill-alla Xiva.[2][3] Huwa wieħed mill-ikbar tempji tan-Nofsinhar tal-Indja u huwa tempju eżemplari tal-arkitettura mwettqa bis-sħiħ ta' Tamil Nadu.[4] Inbena minn Raja Raja Chola I bejn l-1003 u l-1010 W.K. Il-monumenti oriġinali ta' dan it-tempju tas-seklu 11 inbnew madwar ħandaq. Kienu jinkludu gopura, it-tempju prinċipali, it-torri enormi tiegħu, kitbiet imnaqqxin, affreski u skulturi marbuta b'mod predominanti mat-tradizzjonijiet tax-Xivaiżmu, iżda anke tal-Vixnuiżmu u tax-Xaktiżmu tal-Induiżmu. It-tempju ġarrab xi ħsarat matul l-istorja tiegħu u xi opri tal-arti issa huma neqsin. Mandapam u monumenti addizzjonali żdiedu fis-sekli ta' wara. It-tempju issa jinsab fi ħdan ħitan iffortifikati li żdiedu wara s-seklu 16.[5][6]
It-torri vimanam tal-granit fuq is-sanktum (il-qalba sagra tat-tempju) huwa wieħed mill-itwal fin-Nofsinhar tal-Indja. It-tempju fih prakara (kuritur) enormi bil-kolonni u waħda mill-ikbar linga ta' Xiva fl-Indja.[7] Huwa famuż ukoll għall-kwalità tal-iskulturi tiegħu, kif ukoll peress li huwa l-post li kkummissjona n-Nataraja tar-ram isfar – Xiva bħala l-alla taż-żfin, fis-seklu 11. Il-kumpless jinkludi santwarji ddedikati lil Nandi, Amman, Subrahmanyar, Ganexa, Sabhapati, Dakshinamurti, Chandesrvarar, Varahi u oħrajn.[8] It-tempju huwa waħda mill-iżjed attrazzjonijiet turistiċi li jżuruha nies f'Tamil Nadu.[9]
Tempju ta' Brihadisvara f'Gangaikonda Cholapuram
[immodifika | immodifika s-sors]It-Tempju ta' Brihadisvara f'Gangaikonda Cholapuram huwa tempju Induist li jinsab f'Gangaikonda Cholapuram madwar 70 kilometru (43 mil) mit-Tempju ta' Brihadisvara f'Thanjavur. Dan it-tempju tlesta fl-1035 W.K. minn Rajendra Chola I bħala parti mill-belt kapitali l-ġdida tiegħu. Dan it-tempju tad-dinastija Ċola għandu disinn u isem simili għal dak tas-seklu 11, u xi kultant jissejjaħ sempliċement bħala t-Tempju ta' Gangaikonda Cholapuram.[10][11]
Huwa ddedikat lil Xiva u huwa bbażat fuq pjanta kwadra, iżda t-tempju joħroġ fid-dieher b'mod reverenzjali temi tal-Vixnuiżmu, tax-Xaktiżmu u tal-ekwivalenza sinkretika tal-Induiżmu bi statwi ta' Vixnu, Durga, Surya, Harihara, Ardhanishvara, u oħrajn.[12][13] Minbarra s-santwarju prinċipali bil-linga, il-kumpless tat-tempju fih għadd ta' santwarji iżgħar, gopura, u monumenti oħra, b'uħud minnhom fi stat parzjali ta' fdalijiet jew ġew irrestawrati fis-sekli ta' wara. It-tempju huwa famuż għall-iskulturi tal-bronż tiegħu, għall-opri tal-arti mal-ħitan, għan-Nandi u għall-iskala tat-torri tiegħu.[14]
Tempju ta' Airavatesvara
[immodifika | immodifika s-sors]
It-Tempju ta' Airavatesvara jinsab f'Darasuram, fil-periferija tal-belt ta' Kumbakonam, u tlesta fl-1166 W.K.[15] Huwa wieħed minn raggruppament ta' tmintax-il tempju Induista kbir tal-era Medjevali fl-inħawi ta' Kumbakonam.[16] It-tempju huwa ddedikat lil Xiva. B'mod reverenzjali joħroġ fid-dieher tradizzjonijiet tal-Vixnuiżmu u tax-Xaktiżmu tal-Induiżmu, flimkien mal-leġendi assoċjati mat-63 Nayanars – il-qaddisin tal-moviment Bhakti tax-Xivaiżmu.[17][18][19]
Ingħata ismu għall-Iljunfant Abjad ta' Indra, u jirrappreżenta xhieda tal-arkitettura grandjuża tat-tempji tal-Imperu taċ-Ċola. Huwa l-aħħar wieħed mit-tliet tempji l-kbar taċ-Ċola li nbnew minn ġenerazzjonijiet suċċessivi ta' rejiet, l-ewwel nett minn Rajaraja I. It-Tempju ta' Airavateswara nbena minn Rajaraja II għall-ħabta tal-1150 W.K. Waħda mill-karatteristiċi li tispikka f'dan it-tempju hija r-Rajagambhira Thirumandapam jew il-Bitħa Rjali, b'pilastri mnaqqxin b'mod elaborat, b'taraġ twil magħmul minn ħaġriet kbar tal-granit u karrijiet eleganti tal-ġebel miġbuda miż-żwiemel tal-ġebel. Ix-xogħol ta' artiġjanat f'dan it-tempju huwa ifjen minn dak fit-tempji iktar bikrin. Ir-raħal ta' Darasuram jinsab tefgħa ta' ġebla bogħod minn Kumbakonam.
It-tempju tal-ġebel jinkorpora struttura ta' karru, u jinkludi allat Vediċi u Puraniċi ewlenin bħal Indra, Agni, Varuna, Vayu, Brahma, Surya, Vixnu, Saptamtrikas, Durga, Saraswati, Sri Devi (Lakxmi), Ganga, Yamuna, Subrahmanya, Ganexa, Kama, Rati u oħrajn.[20] It-tempju kien ferm ikbar u fl-imgħoddi kellu seba' btieħi skont il-kitbiet minquxa li nstabu. Minn dawn il-btieħi għad fadal waħda biss; partijiet mit-tempju bħall-gopuram jinsabu fi stat ta' fdalijiet, u t-tempju prinċipali u s-santwarji assoċjati għadhom weqfin u għadhom jeżistu.[21] It-tempju għadu jattira gruppi kbar ta' pellegrini Induisti kull sena.[22]
Gallerija
[immodifika | immodifika s-sors]- View of the Śrī Vimāna of the Thanjavur Temple
- The granite gopuram (tower) of the Thanjavur Temple
- Temple at Thanjavur
- Temple entrance gopurams at Thanjavur
- An elephant relief on the Thanjavur temple
- Tamil written on the Thanjavur Temple
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- 1 2 3 "Great Living Chola Temples - UNESCO".
- ↑ "Thanjavur | Temple City, Rice Bowl, Chola Dynasty | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). 2025-08-15. Miġbur 2025-08-24.
- ↑ "Archaeological Survey of India". asi.nic.in. Miġbur 2025-08-24.
- ↑ Keay, John (2000). India, a History. New York, l-Istati Uniti: Harper Collins Publishers. pp. xix. ISBN 0-00-638784-5.
- ↑ S.R. Balasubrahmanyam (1975). Middle Chola Temples. Thomson Press. ISBN 978-9060236079. pp. 1-21.
- ↑ Michell, George (2008). Architecture and art of Southern India. Cambridge University Press. pp. 16–21, 89–91.
- ↑ S.R. Balasubrahmanyam (1975). Middle Chola Temples. Thomson Press. ISBN 978-9060236079. pp. 20-21.
- ↑ S.R. Balasubrahmanyam (1975). Middle Chola Temples. Thomson Press. ISBN 978-9060236079. pp. 1-26.
- ↑ Gopal, Madan (1990). K.S. Gautam (ed.). India through the ages. Publication Division, Ministry of Information and Broadcasting, Government of India. p. 185.
- ↑ S.R. Balasubrahmanyam (1975). Middle Chola Temples. Thomson Press. ISBN 978-9060236079. pp. 241-245.
- ↑ Michell, George (1988). The Hindu Temple: An Introduction to Its Meaning and Forms. Chicago: University of Chicago Press. ISBN 0-226-53230-5. pp. 4, 51-53, 145.
- ↑ PV Jagadisa Ayyar (1993), South Indian Shrines, Asian Educational Services, ISBN 81-206-0151-3, pp. 291-295.
- ↑ S.R. Balasubrahmanyam (1975). Middle Chola Temples. Thomson Press. ISBN 978-9060236079. pp. 241-249.
- ↑ S.R. Balasubrahmanyam (1975). Middle Chola Temples. Thomson Press. ISBN 978-9060236079. pp. 243-249.
- ↑ Michell, George (2012). Hegewald, Julia A. B.; Mitra, Subrata K. (eds.). Re-Use-The Art and Politics of Integration and Anxiety. SAGE Publications. pp. 91–93. ISBN 978-81-321-0981-5.
- ↑ Ayyar 1992, pp. 349-350.
- ↑ S.R. Balasubrahmanyam (1979). Later Chola Temples. Thomson Press. OCLC 6921015. pp. 225-245.
- ↑ Harle, James C. (1994). The Art and Architecture of the Indian Subcontinent. Yale University Press. p. 318. ISBN 978-0-300-06217-5.
- ↑ Dehejia, Vidya (2010). Art of the Imperial Cholas. Columbia University Press. pp. 106–115. ISBN 978-0-231-51524-5.
- ↑ S.R. Balasubrahmanyam (1979). Later Chola Temples. Thomson Press. OCLC 6921015. pp. 225-234.
- ↑ Ayyar 1993, p. 351.
- ↑ Pal, Pratapaditya; Huyler, Stephen P.; Cort, John E.; et al. (2016). Puja and Piety: Hindu, Jain, and Buddhist Art from the Indian Subcontinent. University of California Press. p. 65. ISBN 978-0-520-28847-8.