Aqbeż għall-kontentut

Taksim

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Dimostrazzjoni Torka favur l-indipendenza f'Nikosija fit-28 ta' Jannar 1958.

Taksim (bit-Tork: [takˈsim], li litteralment tfisser "diviżjoni/firda") huwa moviment nazzjonalista u seċessjonista Tork taċ-Ċiprijotti Torok li jitkellem favur l-indipendenza u r-rikonoxximent tar-Repubblika Torka tat-Tramuntana ta' Ċipru permezz ta' soluzzjoni ta' żewġ stati. Din kienet l-ideoloġija primarja ta' dawk li appoġġaw l-invażjoni tal-1974, u l-kunċett ġie artikolat saħansitra fl-1957 mill-Viċi President Fazıl Küçük.[1]

Graffiti ta' "TAKSİM" ma' ħajt f'Nikosija fl-aħħar tas-snin 50 tas-seklu 20.

In-nazzjonaliżmu Ċiprijott Tork żviluppa l-iktar b'rispons għan-nazzjonaliżmu Grieg u x-xewqa għal enosis, jiġifieri l-unjoni tal-gżira kollha mal-Greċja.[2][3][4] Inizjalment, iċ-Ċiprijotti Torok kienu favur it-tkomplija tat-tmexxija Brittanika.[5] Madankollu, kienu allarmati mis-sejħiet taċ-Ċiprijotti Griegi għal enosis, peress li kienu raw li l-unjoni ta' Kreta mal-Greċja kienet wasslet għall-eżodu tat-Torok ta' Kreta, li kien preċedent li kellu jiġi evitat,[6][7] u b'hekk ħadu pożizzjoni favur id-diviżjoni b'rispons għall-attività militanti ta' EOKA.[8] Iċ-Ċiprijotti Torok kienu jqisu lilhom infushom bħala grupp etniku distint tal-gżira u kienu jemmnu li kellhom dritt separat għall-awtodeterminazzjoni miċ-Ċiprijotti Griegi.[9] Fl-istess żmien, fis-snin 50 tas-seklu 20, il-mexxej Tork Adnan Menderes beda jqis lil Ċipru bħala "estensjoni tal-Anatolja", irrifjuta d-diviżjoni ta' Ċipru abbażi tal-ħsibijiet etniċi u appoġġa l-annessjoni tal-gżira kollha mat-Turkija. Slogans nazzjonalistiċi kienu ċċentrati fuq l-idea li "Ċipru kien tat-Turkija", u l-partit fit-tmun iddikjara li Ċipru kien parti mill-art kontinentali Torka u kien vitali għas-sigurtà tagħha.

Meta rrealizzaw li ċ-Ċiprijotti Torok kienu 20 % biss taċ-ċittadini tal-gżira u b'hekk l-annessjoni ma kinitx fattibbli, il-politika nazzjonali nbidlet favur id-diviżjoni. L-islogan "Diviżjoni jew Mewt" spiss intużat fil-protesti taċ-Ċiprijotti Torok u tat-Torok fl-aħħar tas-snin 50 u matul is-snin 60 tas-seklu 20. Għalkemm wara l-Konferenzi ta' Zurich u ta' Londra t-Turkija donnha bdiet taċċetta l-eżistenza tal-istat Ċiprijott u bdiet titbiegħed mill-politika favur id-diviżjoni tal-gżira, l-għan tal-mexxejja Torok u Ċiprijotti Torok baqa' li jinħoloq stat Tork indipendenti fit-Tramuntana tal-gżira ta' Ċipru.[10][11]

  1. "CYPRUS". web.archive.org. 2006-06-15. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-06-15. Miġbur 2025-05-23.
  2. Kyris, George (2016). The Europeanisation of Contested Statehood: The EU in Northern Cyprus. Routledge. pp. 30–31. ISBN 978-1317032748.
  3. Kızılyürek, Niyazi (2003). "The politics of identity in the Turkish Cypriot community : a response to the politics of denial?". Travaux de la Maison de l'Orient méditerranéen. 37 (1): 197–204.
  4. Carter, Judy; Irani, Irani; Volkan, Vamık (2015). Regional and Ethnic Conflicts: Perspectives from the Front Lines. Routledge. p. 60. ISBN 978-1317344667.
  5. Papadakis, Yiannis; Peristianis, Nicos; Welz, Gisela (July 18, 2006). Divided Cyprus: Modernity, History, and an Island in Conflict. Indiana University Press. p. 2. ISBN 9780253111913.
  6. Isachenko, Daria (2012). The Making of Informal States: Statebuilding in Northern Cyprus and Transdniestria. Palgrave Macmillan. p. 37. ISBN 9780230392076.
  7. Pericleous, Chrysostomos (2009). Cyprus Referendum: A Divided Island and the Challenge of the Annan Plan. I.B.Tauris. pp. 135–136. ISBN 9780857711939.
  8. Mirbagheri, Farid (2009). Historical Dictionary of Cyprus. Scarecrow Press. p. xiv. ISBN 9780810862982.
  9. Diez, Thomas (2002). The European Union and the Cyprus Conflict: Modern Conflict, Postmodern Union. Manchester University Press. p. 83. ISBN 9780719060793.
  10. Behlul (Behlul) Ozkan (Ozkan) (26 June 2012). From the Abode of Islam to the Turkish Vatan: The Making of a National Homeland in Turkey. Yale University Press. p. 199. ISBN 978-0-300-18351-1.
  11. G. Bellingeri; T. Kappler (2005). Cipro oggi. Casa editrice il Ponte. p. 27. ISBN 978-88-89465-07-3.