Aqbeż għall-kontentut

Stanisława Nikodym

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Stanisława Nikodym
Ħajja
Isem propju Stanisława Dorota Liliental
Twelid Varsavja, 2 Lulju 1897
Nazzjonalità Polonja
Mewt Varsavja, 25 Marzu 1988
Familja
Omm Regina Liliental
Konjuga/i Otto M. Nikodym (en) Translate  (1925 -  1974)
Edukazzjoni
Alma mater University of Warsaw (en) Translate
Università Jagiellonjana
Università ta' Pariġi
Helena Skłodowska-Szalay (en) Translate
Teżi '
Direttur tat-teżi Stefan Mazurkiewicz (mul) Translate
Għalliema Stefan Mazurkiewicz (mul) Translate
Zygmunt Janiszewski (mul) Translate
Wacław Sierpiński (mul) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni matematiku
pittur
Impjegaturi Warsaw University of Technology (en) Translate
Kenyon College (en) Translate

Stanisława Nikodym (née Liliental; 2 Lulju 1897 — 25 Marzu 1988) kienet matematika u artista Pollakka. Hi magħrufa l-aktar għar-riżultati li kisbet fit-teorija tal-continuum, speċjalment fil-Jordanian continuums.

Ħajja Bikrija

[immodifika | immodifika s-sors]

Stanisława Dorota Liliental twieldet f’Varsavja. Ommha kienet l-etnografa Regina Lilientalowa u missierha kien Nathan Lilental. Ħuha ż-żgħir kien Antoni (imwieled 1908). Hi attendiet l-iskola primarja ta’ Helena Skłodowska-Szalay u wara marret għal 7 snin fi skola privata għan nisa ġewwa Varsavja. Fl-1916 hi irnexxilha tidhol fl-Università ta' Varsavja, tistudja il-matematika taħt Stefan Mazurkiewicz, Zygmut JaniszewskiWacław Sierpiński. [1]

Fl-1924 hi żżewwġet lil matematiku Otto M. Nikodym u ingħaqet miegħu fil-belt ta’ Krakovja. Fl-1925, taħt Mazurkiewicz, irnexxilha tikseb id-dottorat mingħand il-Jagiellonian University. Kienet l-ewwel mara fil-Polonja li rrnexxilha tikseb dottorat fil-matematika.[2]

Permezz ta’ fondi mgħotija lilhom mill-gvern, fl-1926, hi u Otto marru jistudjaw f’l-Università Sorbonne ġewwa Pariġi għal sentejn. Fl-1930 irritornaw lura Varsavja fejn aċċettat xogħol taħdem fil-Politechnika Warszawska flimkien mal-matematiku Franciszek Leja. Damet taħdem hawn sa meta Franciszek Leja telaq lejn Krakovja fl-1936.[1]

Ħuwa Antoni, kimiku u uffiċjal fl-Armata Pollakka ġie maqtul mir-Russi waqt il-Massakru ta’ Katyn fl-1940. Taħt l-okkupazzjoni Nazzista tal-Polonja, ċertu xogħolijiet, bħal letturi tal-università, ġew meqjusa bla bżonn allura dawn ġew mrażżna mill-awtoritajiet. B’hekk il-koppja Nikodym kienet tgħallem il-matematika b’mod klandestin minkejja li setgħu jiġu ikkastigati.[3] Waqt ir-Rewwixta ta’ Varsavja fl-1944 hi u r-raġel tagħha tilfu kollox, inklużi ħafna manuskritti mhux ippubblikati fuq il-matematika. Fl-1946 irnexxilhom jmorru l-Belġju sabiex jattendu kungress tal-matematiċi. Otto irnexxilu jagħti lekċers f’diversi bliet Ewropej qabel ma’ emigraw lejn l-Istati Uniti, propju f’Gambier, Ohio.[1]

Wara il-mewt ta’ żewġa fl-1974, hi tat b’donazzjoni ix-xogħolijiet tagħhom fil-matematika u l-pitturi tagħha lil Briscoe Centre for American History li jinsab fl-Università ta’ Texas, f’Austin.[4] Stanisława Nikodym mietet f’Varsavja fl-1988.[1]

Fil-perjodu li ma kienetx qed taħdem ma’ l-università, propju fl-1918-1919, Stanisława kienet tgħallem il-matematika lis-suldati tal-Armata Pollakka.[2]

It-teżi tad-dottorat tagħha kienet ġġib it-titlu ta’ ‘On disconnecting the plane by connected sets and continua’.[1] Qabel ma faqqgħet l-Ewwel Gwerra Dinjija hi irnexxilha tippubblika tlett kotba u diversi artikli. [1]

Fost l-iskoperti tagħha, kien hemm kundizzjonijiet neċessarji u suffiċjenti sabiex subcontinuum ta’ Jordanian continuum jkun meqjus bħala wieħed Jordanian. Hi ukoll irnexxilha tistabilixxi li jekk intersection u union ta’ żewġ settijiet huma Jordinian continua, mela dawn huma ukoll settijiet fihom nfushom.[1]

Fl-1940 hi għallmet il-matematika f’Kenyon College ġewwa Gambier Ohio, fejn anke ir-raġel tagħha kien membru tal-fakulta.[5]

Bħala student, Stanisława ipparteċipat f’pittura fl-apert ġewwa Sandomierz. Hi pittret il-pajsaġġ ta’ din il-belt diversi drabi permezz tal-akkwarell, fil-perjodu ta’ bejn iż-żewġ gwerer sa mill-1922. Dawn ix-xogħoljiet ġew eżebiti fl-1933, fejn wara hi tagħthom b’donazzjoni lid-District Museum f’Sandomierz, fejn għadhom jisabu sal-lum.[4]

  1. ^ a b ċ d e f ġ Fajstrup, Lisbeth; Kjeldsen, Tinne Hoff; Gjerløff, Anne Katrine (2017). "Being a Female Mathematician in the 20th century seen through the eyes of four Danes: Mini-Workshop: Women in Mathematics". Women in Mathematics. Oberwolfach Reports. 2: 99–102.
  2. ^ a b Domoradzki, Stanisław; Stawiska, Małgorzata (2019-11-15). "Polish mathematicians and mathematics in World War I: Part II. Russian Empire". Studia Historiae Scientiarum (bl-Ingliż). 18: 55–92.
  3. ^ Szymanski, Waclaw (1990). "Who Was Otto Nikodym?". Mathematical Intelligencer. 12 (2).
  4. ^ a b Piotrowski, Walerian (2015-01-09). "Jeszcze w sprawie biografii Ottona i Stanisławy Nikodymów". Wiadomości Matematyczne. 50 (1).
  5. ^ Stamp, Tom (1995). "Let Us Now Praise Not-So-Famous Women". Kenyon College Alumni Bulletin (Spring).