Sptar Ġenerali ta' Għawdex
sptar f'Għawdex, Malta | |
| Post | Rabat, Reġjun Għawdex, Malta |
|---|---|
Mudell:Coord/input/error2Koordinati: Mudell:Coord/input/error2
| |
L-Isptar Ġenerali ta' Għawdex huwa l-uniku sptar pubbliku ta’ Għawdex. L-isptar jipprovdi servizzi mediċi u kirurġiċi kemm għal pazjenti interni kif ukoll esterni. Barra minn hekk, l-isptar huwa mgħammar b'servizz ta' emerġenza u huwa konness mal-isptarijiet ta' Malta b'servizz ta' ambulanza bl-ajru bbażat f'Għawdex.[1]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Lejn il-bidu tat-tieni nofs tas-seklu għoxrin, kienet inħasset il-ħtieġa li jinbnew faċilitajiet ġodda tas-saħħa fuq il-gżira ta' Għawdex. Fil-fatt, sas-snin sittin, jingħad li s-sptarijiet pubbliċi kienu ilhom jintużaw sa minn żmien il-Kavallieri f' Malta.[2][3]
Bini tal-isptar
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1967, beda pjan serju biex jinbena sptar ġdid f'Għawdex - dak li llum il-ġurnata huwa s-Sptar Ġenerali ta' Għawdex. Kienet il-mira tal-awtoritajiet li jibnu sptar modern u ekonomiku, li għandu l-faċilitajiet biex jaqdi lill-popolazzjoni tal-gżira, li iktar ma jgħaddi żmien kien qed jiżdied.[4]
L-isptar ġie iddiżinjat mill-perit Ibbetson, u fost l-inġiniera tal-proġett kien hemm John Poulson.[5] L-ewwel ġebla ta dan l-isptar ġiet imqiegħda mir-reġina Eliżabetta II nhar is-16 ta' Novembru 1967, u l-isptar ġie uffiċjalment miftuħ mill-Ministru tas-Saħħa Albert Hyzler nhar il-31 ta' Mejju 1975.[4]
L-isptar infetaħ fl-1975, inizjalment imsemmi Alfred Craig Hospital għall-kirurgu Malti[4], u mbagħad ingħata l-isem preżenti fl-1989.[6][7]
Il-konċessjoni tal-Vitals u Steward
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-10 ta' Ottubru tas-sena 2014, il-Gvern ta' Malta ffirma ftehim ma' grupp ta' operaturi magħruf bħala Vitals Global Healthcare (VGH). Dawn kellhom il-ħsieb li jiżviluppaw kumpless medikali f'Għawdex.[8] Lejn il-bidu tal-2015, il-Gvern, permezz tal-ministru Konrad Mizzi, ippubblika sejħa għall-manteniment u titjib tas-servizzi fi tliet sptarijiet pubbliċi, fosthom dak t'Għawdex, u għażel lill-VGH biex jieħdu ħsieb dawn it-tliet sptarijiet. Iżda din il-konċessjoni mxiet fl-idejn tal-kumpanija Amerikana Steward Health Care lejn il-bidu tas-sena 2018.[9] Skont il-ftehim tal-konċessjoni, kellha tinbena parti ġdida fl-isptar ta' Għawdex sal-aħħar ta' Mejju 2018, iżda din qatt ma saret. Kellha tinbena ukoll l-iskola Medika Barts sal-bidu ta' Lulju 2017, iżda din tlestiet biss f'Ottubru tal-2019.[9]
Il-konċessjoni kienet fil-mira ta' audit fl-2023[10], li sabet irregolaritajiet diversi fil-konċessjoni.[11] Saru ukoll investigazzjonijiet ġurnalistiċi minn gazzetti lokali u internazzjonali, fosthom it-Times of Malta, il-gazzetta The Shift News, u l-proġett internazzjoni OCCRP.[12]
Il-gvern jieħu lura l-isptar
[immodifika | immodifika s-sors]Il-konċessjoni ġiet definittivament annullata mill-qrati tal-ġustizzja Maltin f'Ottubru tal-2023, wara kawża tal-mexxej tal-oppożizzjoni Adrian Delia li allega irregolitajiet u korruzzjoni fit-tali konċessjoni, bil-kontroll tat-tliet sptarijiet imur lura għand il-gvern.
F'Mejju tal-2024, il-gvern żvela pjanti ġodda għall-isptar, fejn dan jerġa' jinbena u jkollu 400 sodda disponibbli;[13] ix-xogħolijiet huwa skedati li jdumu bejn 5 u 7 snin.[14]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ "Gozo General Hospital - Our Mission". Gozo General Hospital (bl-Ingliż). 2023. Miġbur 2025-11-24.
- ↑ Cassar, Paul (1965). Medical history of Malta (bl-Ingliż). Londra: Wellcome Historical Medical Library. p. 90.
- ↑ Second Development Plan for the Maltese Islands 1964-1969 (bl-Ingliż). Malta: Department of Information. 1964.
- 1 2 3 Pace, Susan (1989). Hospital facilities in Gozo: an organisational study (bachelorThesis) (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-24.
- ↑ Barker, Revel (2014-03-04). "Corruption – it's the culture". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-24.
- ↑ "Civil Hospitals in Malta". Vassallo History (bl-Ingliż). 2013-10-30. Miġbur 2024-02-25.
- ↑ "Craig, Alfred John (1909 - 1970)". livesonline.rcseng.ac.uk. Miġbur 2024-02-25.
- ↑ Borg, Jacob (2018-01-21). "Hospitals MoU was signed secretly six months before the call for proposals". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-24.
- 1 2 Borg, Neville (2023-10-24). "A timeline of the hospitals concession – almost a decade-long saga". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-24.
- ↑ "An audit of matters relating to the concession awarded to Vitals Global Healthcare by Government Part 3 | Steward Health Care assumes control of the concession" (bl-Ingliż). 2023-05-15. Miġbur 2025-11-24.
- ↑ Borg, Jacob (2023-05-15). "What were the NAO's key conclusions on the hospital deal?". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-24.
- ↑ Klein, David (2022-01-21). "Amidst Corruption Probe, Police Raid Maltese Ex-PM's Home". Organized Crime and Corruption Reporting Project (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-24.
- ↑ Zammit, Sabrina (2024-05-17). "Updated: Government unveils masterplan for Gozo general hospital". The Malta Independent (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-24.
- ↑ Attard, Dylan. "Work set to begin on Gozo General Hospital excavation - Newsbook". newsbook.com.mt (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-24.
