Poeżija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Poeżija tista' tieħu ħafna forom u tista' tiddeskrivi bosta affarjiet. Tista' tagħmel sens jew le, tista' tkun bir-rima jew mingħajra, u anke t-tul ivarja ħafna bejn poeżija u oħra. Jaf ukoll ikollha laqta umoristika kif ukoll serja.

Bħala struttura, poeżija tista' ssegwi forma tradizzjonali u regolari, kif ukoll forma iktar irregolari. Teżisti wkoll il-poeproża, li hija poeżija li ssegwi forma tradizzjonali prożaika. Kittieb Malti li huwa magħruf għal din it-teknika huwa Victor Fenech.

Li tgħid xi ħaġa b'mod poetiku jiġifieri tesprimi ruħek b'mod artistiku.