Peniżola

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Florida, eżempju ta’ peniżola, ritratt meħud matul il-missjoni STS-95

Peniżola (bil-Latin: paeninsula minn paene li tfisser “kważi” u insula li tfisser “gżira”) hija biċċa art imdawra bl-ilma fuq il-biċċa l-kbira tal-fruntiera tagħha filwaqt li tkun kollegata ma’ art kontinentali li testendi minnha.[1][2][3][4] L-ilma tal-madwar ġeneralment jinftiehem li huwa kontinwu, għalkemm mhux neċessarjament jissemma bħala korp wieħed tal-ilma.

Il-Peniżola Fennoskandinava f’Marzu 2002, ritratt meħud mill-Ispettroradjometru (MODIS), abbord is-satellita Terra tan-NASA

Il-peniżoli mhux dejjem jissejħu peniżoli; ġieli jissejħu wkoll promontorju, kap, promontorju ta’ gżira, biċċa art ’il barra jew istmu.[5] Promontorju ġeneralment jitqies bħala biċċa art dejqa li tibqa’ dieħla ġol-baħar li tkun inqas prominenti minn kap. Xmara li tgħaddi minn baċir dejjaq ħafna xi kultant jingħad ukoll li tifforma “peniżola” imdawra kważi għalkollox bl-ilma. Bil-Malti, il-plural ta’ peniżola huwa peniżoli, filwaqt li qajla l-plural jinkiteb bil-Latin peninsulae f’dokumenti tekniċi.[6]

Karatteristiċi[immodifika | immodifika s-sors]

Karatteristika partikolari ta’ peniżola hija l-promontorju[7] flimkien mal-istmu partikolarment dejjaq li joħroġ minn wiċċ l-ilma. Jekk peniżola tkun tinsab f’korp tal-ilma intern (eż. lag jew xmara) din tissejjaħ ukoll “peniżola interna”.[8]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Word Histories and Mysteries: From Abracadabra to Zeus. Houghton Mifflin Harcourt. 2004. p. 216. ISBN 978-0547350271.
  2. ^ Company, Houghton Mifflin Harcourt Publishing. "The American Heritage Dictionary entry: peninsula". ahdictionary.com. Miġbur 2021-04-28.
  3. ^ "peninsula". dictionary.cambridge.org (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-28.
  4. ^ "Definition of PENINSULA". www.merriam-webster.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-28.
  5. ^ "List of peninsulas". Encyclopedia Britannica (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-28.
  6. ^ "Fourah Point / Fourah Point, Northern, Sierra Leone, Africa". travelingluck.com. Miġbur 2021-04-28.
  7. ^ "Headland Landforms" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-28.
  8. ^ "What is a Spit Landform in Geography? How are Spits Formed and 7 Most Famous Spits on Our Planet | Earth Eclipse" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-28.