Frank Temile

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Frank Temile
Informazzjoni personali
Twelid15 ta' Lulju 1990 (1990-07-15) (33 sena)
LagosNiġerja
Tul1.73 m
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliSwieqi United
Mixtliet
Covenant Lagos
Karriera professjonali
SninKlabb
2006–2007Shooting Stars
2007–2008Valletta
2008Dynamo Kyiv
2010FC Dynamo-2 Kyiv (self)
2011PFC Olexandria (self)
2012FC Dynamo-2 Kyiv (self)
2013–2014Birkirkara
2014–2015Qormi
2015Naxxar Lions
2015–2017Birkirkara
2017–2020Sliema Wanderers
2020Lija Athletic (self)
2020–Swieqi United

Frank Temile (Lagos, 15 ta' Lulju 1990) huwa plejer tal-futbol Niġerjan li jilgħab bħala attakkant.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Covenant Lagos[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa twieled ġewwa Lagos, in-Niġerja, Frank Temile beda l-karriera tal-futbol tiegħu fl-indiġeni tiegħu Covenant Lagos.

Shooting Stars[immodifika | immodifika s-sors]

Temile ssieħeb mal-mexxejja tal-Premier League Niġerjan Shooting Stars fejn hu lagħab fl-istaġun 2006–07 mal-klabb.

Valletta[immodifika | immodifika s-sors]

Wara xi wirjiet impressjonanti ma' Shooting Stars, Frank iddeċida li jissieħeb ma' Valletta, fejn kien allokat in-numru 14. Huwa kien magħżul bħala t-tielet barrani li lagħab għal Valletta. Fl-4 ta' Ottubru, 2007, huwa għamel id-debutt tiegħu b'telfa ta' 2-1 kontra Sliema Wanderers.

Fl-ewwel staġun tiegħu (2007–08) huwa skorja 10 gowls, u għenu lill-klabb jirbaħ il-Premier League Malti għall-ewwel darba f'seba' snin. L-impatt tiegħu matul l-ewwel staġun tant kien kbir li huwa kien ġie nnominat għal tliet premjijiet prestiġjużi fil-Premji tal-Futbol Malti. Dawn huma L-Aqwa Attakkant, L-Aktar Plejer Promettenti u L-Aqwa Plejer Barrani.[1][2] Huwa rnexxielu jirbaħ it-tliet premjijiet li kien nominat fihom.[3][4] Huwa rebaħ ukoll il-premju Replay Gala Night Player of the Year, fejn il-plejers lokali vvotawlu.

Fis-26 ta' Mejju, 2008, kien ġie rrapportat li Temile, flimkien mal-aġent tiegħu Henry Ekezie, kienu vvjaġġaw lejn Munich għall-prova ma' klabb Ġermaniż.[5]

Dynamo Kyiv[immodifika | immodifika s-sors]

Temile ssieħeb ma' FC Dynamo Kyiv fis-sajf tal-2008 iżda aktar lagħab għat-tim tar-riżerva FC Dynamo-2 Kyiv.

Birkirkara[immodifika | immodifika s-sors]

Temile ssieħeb ma' Birkirkara fis-suq tat-trasferimenti 2013 b'kuntratt sal-2014.[6]Fis-17 ta' Awwissu 2013, huwa għamel id-debutt tiegħu fil-Premier League Malti ma Birkirkara fejn huwa skorja żewġ gowls kontra Rabat Ajax, il-logħba spiċċat bl-iskor ta' 2-1.

Ħajja privata[immodifika | immodifika s-sors]

Temile kien orfni, sfortunatament huwa tilef l-ommu meta kellu tliet snin u lil missieru meta kellu ħdax-il sena. Huwa tmexxa għal Malta meta kellu sittax-il sena fejn kien adottat mill-familja Gauci.[7]

Temile ġej minn familja tal-futbol. Iz-ziju tiegħu, Clement Temile, li huwa missier ta' Iżraeljan internazzjonali Toto Tamuz, kien lagħab diversi logħob għan-Niġerja u ħuh, Omonigho Temile, li lagħab għall-Botev Plovdiv u Valletta.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Valletta

Individwali[immodifika | immodifika s-sors]

  • L-Aqwa Attakkant tal-Futbol Malti: 2007–08
  • L-Aktar Plejer Promettenti tal-Futbol Malti: 2007–08
  • L-Aqwa Plejer Barrani tal-Futbol Malti: 2007–08

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Melita Digital Malta Football Awards - Players keen to shine at the Palace" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2008-06-06.
  2. ^ "Melita Digital Malta Football Awards 2007/08 - The Finalists". maltafootball.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-02-08. Miġbur 2008-06-07.
  3. ^ "Melita Digital Malta Football Awards 2007/08 - The Winners". maltafootball.com (bl-Ingliż). 2008-06-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-02-08. Miġbur 2013-07-06.
  4. ^ "City starlet steals show" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2008-06-07. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-13. Miġbur 2013-07-06.
  5. ^ "Temile in Germany for trial" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2008-05-26.
  6. ^ "Frank Temile signs for the Stripes" (bl-Ingliż). Birkirkara FC. 2013-07-06.
  7. ^ "Temile thrives in the city" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2007-12-11.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]