FC Minsk

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
FC Minsk
Isem sħiħ Football Club Minsk
Fundazzjoni 2006
Grawnd Stadju Dinamo, Minsk
President ?
Kowċ ?
Kampjonat Premier League Bjelorussu
L-ewwel
It-tieni
Sit uffiċjali

FC Minsk (bil-Bjelorussu:ФК Мінск) hu klabb tal-futbol Bjelorussu li huwa bbażat fil-belt ta' Minsk. Attwalment, il-klabb jikkompeti fil-Premier League Bjelorussu, l-ogħla diviżjoni fil-futbol Bjelorussu. Il-klabb ġie stabbilit fl-2006 u kien ibbażat mill-klabb tal-Ewwel Diviżjoni Bjelorussa Smena Minsk. FC Minsk ħadu l-liċenzja ta' Smena u kienu kapaċi li jibdew mill-Ewwel Diviżjoni.

Stadju[immodifika | immodifika s-sors]

Stadju Dinamo (bil-Bjelorussu:Стадыён Дынама) huwa stadju multi-fin li jinsab ġewwa Minsk, Bjelorussja. Huwa bħalissa qed jintuża l-aktar għal logħbiet tal-futbol u huwa l-grawnd ta' FC Minsk u tat-Tim nazzjonali tal-Bjelorussja. L-istadju għandhu kapaċità uffiċjali ta' 40,000 persuna, għalkemm minħabba li parti tal-istand ta' fuq ma kinitx qed tintuża f'nofs is-snin 90 minħabba r-raġunijiet ta' sigurtà, il-kapaċità eżatta hija 34,000.[1] L-istadju kien mibni u nfetaħ fl-1934 u tkabbar fl-1939. Huwa kien meqrud matul it-Tieni Gwerra Dinjija u kien mibni mill-ġdid matul 1947-1954.

Storja tal-Kampjonat u t-Tazza[immodifika | immodifika s-sors]

Staġun Livell P L R P T Gowls Pts Tazza Domestika Noti
2006 2 1 26 17 5 4 44–13 56 Promossi
2007 1 14 26 4 9 13 18–34 21 Semifinali Relegati
2008 2 1 26 23 2 1 72–11 71 L-aħħar 16 Promossi
2009 1 9 26 11 3 12 33–26 36 L-aħħar 16
2010 1 3 33 18 6 9 59–32 60 L-aħħar 16
2011 1 9 33 8 11 14 33–40 35 Kwarti tal-Finali
2012 1 6 30 11 6 13 36–46 39 Runners-up
2013 1 Finali

Parteċipazzjoni fl-Ewropa[immodifika | immodifika s-sors]

Staġun Kompetizzjoni Rawnd Klabb 1el leg 2ni leg Aggregat
2011–12 UEFA Europa League 1K Ażerbajġan AZAL Baku 1–1 (A) 2–1 (H) 3–2
2K Turkija Gaziantepspor 1–1 (H) 1–4 (A) 2–5
2013–14 UEFA Europa League 2K Malta Valletta 1–1 (A) 2–0 (H) 3–1
3K Skozja St. Johnstone 0–1 (H) 1–0 (A) 1–1 (3–2 p.)
PO Belġju Standard Liège 0–2 (H) 1–3 (A) 1–5

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]