Dante Alighieri: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
Linja 24: Linja 24:
Nistgħu nissoponu li Dante bħan-nies intellettwali ta' żmienu, kien raffinat u kellu bosta interessi biex ngħidu hekk "internazzjonali".
Nistgħu nissoponu li Dante bħan-nies intellettwali ta' żmienu, kien raffinat u kellu bosta interessi biex ngħidu hekk "internazzjonali".

=== Beatrice Diguidine u l-Vita Nuova ===
=== Beatrice u l-Vita Nuova ===

[[Stampa:Paradiso Canto 31.jpg|200px|thumb|right|''Dante u Beatrice Diguidine fil-Ġenna'' ta' [[Gustave Doré]] (1832-1883) ]]
[[Stampa:Paradiso Canto 31.jpg|200px|thumb|right|''Dante u Beatrice fil-Ġenna'' ta' [[Gustave Doré]] (1832-1883) ]]

Kien fl-1274 li Dante iltaqa' għall-ewwel darba ma' Beatrice. Isimha veru kien ''Bice di Folco Portinari'', iżżewġet lil ''Simone de Bardi'' u mietet fl-1290. Ftit nafu fuq l-istorja tal-imħabba tiegħu għal Beatrice, issublimata fil-''Vita Nuova'' (miktuba bejn l-1292 u l-1294) li fiha ddeskriva l-ewwel laqgħa ma' Beatrice, li dak iż-żmien kellha biss disa' snin. Qabel it-tieni laqa' għaddew disa' snin oħra (spjega iżjed tard it-tifsira simbolika tan-numru disa', in-numru ta' Beatrice). Fil-''Vita Nuova'' Dante ddeskriva l-imħabba tiegħu u d-disperazzjoni li ħass meta mietet Beatrice. Irrakkonta l-kriżi profonda li qabditu, il-ġiri tiegħu 'l hemm u 'l hawn u l-avventura tiegħu ma' "sinjura nobbli" (bla dubju allegorija għall-filosofija), u fl-aħhar l-indima tiegħu. Għalkemm il-''Vita Nuova'' hi x'aktarx ispirata mill-ħajja personali ta' Dante, bosta kritiċi għandhom dubju fuq l-eżistenza vera ta' Beatrice, jaraw fiha figura allegorika (xi wħud għadhom tal-fehma sallum li fil-''Kummiedja Divina'', [[Virġilju]] jirrapreżenta r-raġuni naturali, u Beatrice t-[[teoloġija]]).

Reviżjoni ta' 11:15, 12 Ottubru 2009

Ir-ritratt ta' Dante l-iżjed antik li nafu bih, dettal minn affresch fil-kappella Bargello attribwit lil Giotto di Bondone

Dante Alighieri (Durante degli Alighieri), poeta, politku u kittieb Fjorentin bejn l-14 ta' Mejju u t-13 ta' Ġunju[1] [2] 1265 f'Firenze u miet fl-14 ta' Settembru 1321 f'Ravenna.

Dante kien l-ewwel poeta kbir tal-ilsien Taljan, u l-ktieb tiegħu Il-Kummiedja Divina hu meqjus bħala wieħed mill-kapulavuri tal-letteratura universali.

Iż-żogħżija

Pittura fuq l-injam fil-Gallerija tal-Uffizi Firenze li tirrapreżenta 'l Dante, impittra minn Andrea del Castagno fl-1450.

Nafu li l-familja tiegħu kienet familja importanti Fjorentina, li kienet iżżomm mal-partit tal-Gwelfi u li isimha — fil-forma tagħha oriġinali — kien Alaghieri. Missieru, Alighiero di Bellincione, kien Gwelf abjad, imma ma sofriex il-vendetta tal-Gibellini, wara r-rebħa tagħhom fil-Battalja ta' Montaperti, u dan ta ċertu prestiġju lill-familja. Omm Dante kienet Bella degli Abati; Bella hu d-diminuttiv ta' Gabriella, imma jfisser ukoll "sabiħa". Mietet meta Dante kellu 13-il sena, fl-1278 (missieru miet 5 snin wara fl-1282). Alighiero kien jgħix għal xi żmien ma' Lapa di Chiarissimo Cialuffi (mhux ċert jekk kienux miżżewġin), u kellu żewġt ulied magħha, ħu Dante, Francesco, u oħtu, Tana (Gaetana).

Ritratt ta' Dante minn Sandro Botticelli

Meta Dante kellu 12-il sena, fl-1277, ġie miftiehem iż-żwieġ tiegħu ma' Gemma, bint Messer Manetto Donati, u wara żżewwiġha. Iż-żwiġijiet miftehmin f'dan l-etajiet baxxi kienu jiġru sikwit u għalihom kienet issir ċerimonja importanti li teħtieġ kuntratti uffiċjali ffirmati quddiem in-nutar. Dante kellu tliet ulied ma' Gemma: Jacopo, Pietro u Antonia. Antonia daħlet soru bl-isem ta' Sor Beatrice Diguidine. Ieħor jismu, Giovanni, kien jgħid li kien bin Dante u akkompanjah fl-eżilju imma m'hemm l-ebda prova li kien ibnu.

Ftit nafu fuq l-edukazzjoni ta' Dante; wieħed jista' jippreżumi li studja d-dar.Għadda xi żmien Bolonja u ġo Firenze tgħallem fl-iskola Franġiskana ta' Santa Croce, taħt Remiġju dei Girolami tal-iskola Dumnikana ta' Santa Maria Novella u taħt Brunetto Latini. Iltaqa' ma' poeti u beda ħbiberija soda ma' Guido Cavalcanti. Kważi ċert li studja l-poeżija Toskana, fil-mument meta l-iskola poetika Sqallija, grupp kulturali minn Sqallija, beda jsir magħruf fit-Toskana. Minħabba l-interessi tiegħu wasal biex jiskopri il-menestrelli, il-poeti [Provenza|Provenzali]] u l-kultura Latina. Jidher ċar li kellu ammirazzjoni kbir għal Virġilju "Inti l-imgħallem tiegħi u l-awtur tiegħi; inti dak biss li minnu ħadt l-istil sabiħ li għamilli unur.", kiteb fil-Kummiedja Divina (L-infern — Canto I).

Wieħed irid jenfasizza li fil-Medjuevu l-fdalijiet tal-Imperu Ruman kienu saru mifrudin għal kollox, u baqa' xi tużżana stati żgħar, b'mod li l-iSqallija kienet imbegħda (kulturalement et politikament) mit-Toskana daqs li din kienet minn Provenza: ir-reġjuni ma kellhomx l-istess lingwa u l-komunikazzjoni kienet diffiċli.

Nistgħu nissoponu li Dante bħan-nies intellettwali ta' żmienu, kien raffinat u kellu bosta interessi biex ngħidu hekk "internazzjonali".

Beatrice u l-Vita Nuova

Dante u Beatrice fil-Ġenna ta' Gustave Doré (1832-1883)

Kien fl-1274 li Dante iltaqa' għall-ewwel darba ma' Beatrice. Isimha veru kien Bice di Folco Portinari, iżżewġet lil Simone de Bardi u mietet fl-1290. Ftit nafu fuq l-istorja tal-imħabba tiegħu għal Beatrice, issublimata fil-Vita Nuova (miktuba bejn l-1292 u l-1294) li fiha ddeskriva l-ewwel laqgħa ma' Beatrice, li dak iż-żmien kellha biss disa' snin. Qabel it-tieni laqa' għaddew disa' snin oħra (spjega iżjed tard it-tifsira simbolika tan-numru disa', in-numru ta' Beatrice). Fil-Vita Nuova Dante ddeskriva l-imħabba tiegħu u d-disperazzjoni li ħass meta mietet Beatrice. Irrakkonta l-kriżi profonda li qabditu, il-ġiri tiegħu 'l hemm u 'l hawn u l-avventura tiegħu ma' "sinjura nobbli" (bla dubju allegorija għall-filosofija), u fl-aħhar l-indima tiegħu. Għalkemm il-Vita Nuova hi x'aktarx ispirata mill-ħajja personali ta' Dante, bosta kritiċi għandhom dubju fuq l-eżistenza vera ta' Beatrice, jaraw fiha figura allegorika (xi wħud għadhom tal-fehma sallum li fil-Kummiedja Divina, Virġilju jirrapreżenta r-raġuni naturali, u Beatrice t-teoloġija).

Ħolma li kellu Dante, u li daħħalha ma' l-ewwel poeżija fil-ktieb, tagħtina xi dawl: Lil Dante jidhirlu l-alla Mħabba fi sħaba tan-nar u jġib miegħu lil Beatrice għarwiena mdawra b'liżar lewn id-demm. L-iMħabba jżomm f'idu l-qalb taqbad bin-nar ta' Dante u jagħtija 'l Beatrice biex tikolha, imbagħad jitla' lejn is-sema magħha. Din il-ħolma turi r-rikkezza u l-qawwa evokatriċi tal-poeta fil-Vita Nuova, xogħol diffiċli biex ninterpretawh: it-tradizzjoni mistika (l-isħaba tan-nar per eżempju) imħabbla mat-tradizzjoni kortiża (l-istorja tal-qalb li tittikel)

Fjorentin attiv

Dante kellu sehem attiv ħafna fil-ħajja politika ta' Firenze. Fil-ġlied li kien iħarbat l-Italja f'dak iż-żmien, Dante kien Gwelf akanit: indaħal f'bosta espedizzjonijiet kontra l-Gibelllini ta' Arezzo, ta' Bolonja u ta' Piża, u kontribwixxa ħafna bil-qlubija tiegħu għar-rebħa ta' Campaldino (1289) kontra l-Gwelfi ta' Arezzo, kif ukoll tal-kastell ta' Caprona, kontra ' Piżanin (1290).

Statwa ta' Dante fil-gallerija tal-Uffizi, Firenze
L-Infern ta' Dante spira ħafa xbihat (din t'hawn hi ta' Giovanni Stradano).

200px|thumb|right|Mappa tad-daħla u d-disa' ċrieki tal-infern. Stampa ta' de Giovanni Stradano.

Noti u referenzi

  1. ^ Dante kkonferma hu stess fil-Kummiedja Divina, Par. XXII 112-117, li twieled taħt l-għelm Żodjaku tat-Tewmin:
    P. Pecoraro : Id-dati tat-twelied ta' Beatrice u Dante, f' Critica Letteraria, a. 13, vol. XLVI (1985), faxx. 1, pp. 3-18.
    Richard Kay : Il giorno della nascita di Dante e la dipartita di Beatrice, fi Studi americani su Dante, Milan, Angeli, 1989, pp. 243-265.
  2. ^ Ghall-istess raġuni il-belt ta' Firenze tiċċelebra t-twelied ta' Dante fl-aħħar Sibt ta' Mejju.

Mudell:Link FA Mudell:Link FA Mudell:Link FA