Alfred Sant: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
Linja 29: Linja 29:
==Edukazzjoni==
==Edukazzjoni==


Huwa ggradwa mill-[[Università ta' Malta]] fil-[[fiżika]] u studja l-amministrazzjoni pubblika fl-''Institut International d'Administration Publique'' ta' [[Pariġi]]. Alfred Sant iggradwa wkoll fil-Business Administration mill-[[Università ta' Boston]] u [[Harvard]]. Għamel xi żmien jaħdem fis-Servizz Pubbliku ta' Malta fil-missjoni ta' Malta għall-Komunità Ewropea. huwa mar ukoll skola tal bhejjem u njoranti fejn tghallem kif jitbahnan, jilbes parrokka, u tghallem ukoll fuq il kruha minhabba fil fatt li kien hemm hafna mirja l-iskola.
Huwa ggradwa mill-[[Università ta' Malta]] fil-[[fiżika]] u studja l-amministrazzjoni pubblika fl-''Institut International d'Administration Publique'' ta' [[Pariġi]]. Alfred Sant iggradwa wkoll fil-Business Administration mill-[[Università ta' Boston]] u [[Harvard]]. Għamel xi żmien jaħdem fis-Servizz Pubbliku ta' Malta fil-missjoni ta' Malta għall-Komunità Ewropea.


==Politka==
==Politka==

Reviżjoni ta' 15:06, 6 Ottubru 2009

Dr. Alfred Sant
Stampa:Sant.jpg
Kariga: Ex- Prim Ministru ta' Malta; Kap ta' l-oppozizzjoni
Perjodu fil-Kariga: 1996-1998
PM Predeċessur: Eddie Fenech Adami
PM Suċċessur: Eddie Fenech Adami
Data tat-Twelid: 28 ta' Frar, 1948
Post tat-Twelid: Pieta, Malta
Partit Politiku: Partit Laburista

Dr. Alfred Sant (twieled fit-28 ta' Frar, 1948); huwa serva bħala' Prim Ministru ta' Malta bejn l-1996 u l-1998.

Edukazzjoni

Huwa ggradwa mill-Università ta' Malta fil-fiżika u studja l-amministrazzjoni pubblika fl-Institut International d'Administration Publique ta' Pariġi. Alfred Sant iggradwa wkoll fil-Business Administration mill-Università ta' Boston u Harvard. Għamel xi żmien jaħdem fis-Servizz Pubbliku ta' Malta fil-missjoni ta' Malta għall-Komunità Ewropea.

Politka

Ġie appuntat il-kariga ta' Chairman tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni tal-Malta Labour Party fl-1982, u fl-1984 laħaq President tal-partit, kariga li żamm sa l-1988. Fl-1987 ġie co-opted fil-Parlament u ġie elett fil-Kamra tar-Rappreżentanti fl-elezzjonijiet ta' l-1992. Fl-istess sena, huwa laħaq Mexxej tal-Partit Laburista u ta' l-Oppożizzjoni fil-parlament.

1996 -1998

Il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjonijiet ta' l-1996, imma minħabba problemi interni ma' Dom Mintoff, Sant kellu jsejjaħ elezzjoni bikrija fl-1998, li ntrebħet mill-Partit Nazzjonalista (PN).

Referendum u Elezzjoni 2003

Meta tħabbar ir-referendum dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea fl-2003, Sant sejjaħ bojkott parzjali fuq ir-referendum u talab lil-Laburisti biex jew jivvutaw 'Le', jew inkella jastjenu jew iħassru l-vot. Dan għen biex rebaħ l-Iva, iżda Sant sostna li l-Iva ma ġabitx il-maġġoranza assoluta ta' l-elettorat u għalhekk iddikjara r-riżultat bħala null. Meta, xahar wara r-referendum, il-Partit Laburista reġa' tilef l-elezzjoni, Sant irreżenja mill-kariga ta' mexxej tal-partit.

Huwa xorta kkontesta l-elezzjoni għat-tmexxija tal-partit. Huwa reġa' rebaħ l-elezzjoni b'mod konvinċenti b'66% tal-voti.

Sussegwentement Alfred Sant kien strumentali biex fl-2005 l-Konferenza Generali tal-Partit Laburista tappoġġja l-Kostituzzjoni Ewropea. Din ġiet ratifikata unanimament fil-Parlament Malti.

Elezzjoni Generali 2008

Il-Partit Laburista għall-kampanja elettorali tal-2008, ippreżetaw programm “Pjan għal bidu ġdid” taħt l-għajta ghall-bidla fil-tmexxija tal-pajjiż. Il-programm elettorali kien fih bosta affarijiet kontraversjali. Fosthom il-proposta ta’ reception class li ħolqot ħafna kontraversji matul il-kampanja, tnaqqis bin-nofs tas-surcharge tad-dawl kif ukoll l-ebda taxxa fuq l-overtime. Matul il-kampanja Sant ikkampanja bil-kbir kontra l-korruzzjoni. Minkejja dan kollu Sant tilef l-elezzjoni għat-tielet darba konsekkutiva. Sant irreżenja mill-kariga ta'Mexxej tal-Partit l-għada tat-telfa iżda xorta żamm postu bħala membru fil-Parlament Malti.

Letteratura

Alfred Sant huwa wkoll awtur ta' diversi drammi u rumanzi bil-Malti fosthom "Silġ fuq Kemmuna", "La Bidu, La Tmiem" u "Min hu Evelyn Costa?". Ġabra ta' novelli miktuba minn Alfred Sant huma "Kwart ta' Mija". L-aktar ktieb riċenti ta' Alfred Sant iġib l-isem ta' "L-Għalqa tal-Iskarjota".