Margaritu ta' Brindisi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 11: Linja 11:

Meta miet Guliermu (Novembru tal-1189) Margaritu mar lura Sqallija u appoġġa bil-qawwa lil Tankredi fil-ġlieda għat-tron. Xorta waħda, is-sena ta' wara kellu jħalli l-port ta' [[Messina]] minħabba l-attakk minn [[Rikkardu Qalb ta' Ljun]] li għamel ħerba mill-belt (4 ta' Ottobru 1190). Margaritu dejjem iddefenda l-interessi ta' Tankredi fuq kollox fil-konfronti tiegħu mar-re tal-Germanja [[Enriku VI]], li kien iżżewweġ iz-zija ta' Tankredi, [[Costanza d'Altavilla]] u dehrlu li kellu dritt għar-renju ta' Sqallija.

Imma meta miet Tankredi (20 ta' Frar 1194) sar iżjed faċli għal Enriku VI biex jikseb il-konkwista tar-renju. [[Markuvaldu ta' Annweiler]], f'ras il-flotta ta' frejgati Piżanin, Ġenoviżi, u Ingliżi, l-ewwel ġiegħel 'l Napli u Messina jċedu u mbagħad assedja 'l Palermo, li Margaritu ddefenda bl-aħrax sal-20 ta' Novembru.
Fil-patti tar-reża, Margaritu kiseb li konkwistaturi ma jgħamlux ħerba minn Palermo u li jiġi rispettati l-ħajjiet Sibilla ta' Acerra, l-armla ta' Tankredi, u ulieda.
Però, erbagħt ijem wara l-inkurunazzjoni ta' Enriku VI (fil-Milied ta' 1194), Sibilla u ulieda ma nobbli oħra tal-qorti Normanna (li fosthom kien hemm Margaritu), ġew akkużati b'rewwixta kontra Enriku, intefgħu il-ħabs u intbagħtu l-Ġermanja.

Xi storiċi jsostnu li Margaritu miet il-Ġermania fl-1197, wara li ġie mgħama u emaskulat. Oħrajn isostnu li ta' min jemminha l-istorja fil-Kronaka ta' Ruġġier ta' Hoveden, li skontha fis-sena 1200, Margaritu, kważi għama qiegħed ruħu fis-servizz tar-re ta' Franza, Filippu II u waqt li kien sejjer Brindisi fejn kien ġabar flotta, miet Ruma maqtul minn seftur tiegħu.

==Il-familja==

Meta Enriku VI assedja 'l [[Napli]] fis-sajf tal-1191, Margaritu mar jiġri jiddefendi l-belt, attakka l-frejgati minn Pisa u ħeles il-port. Sadattant f'Salerno Costanza ttieħdet priġuniera u nġiebet Messina. Forsi kien f'din l-okkażżjoni ta' suċċess kbir li Tankredi ħatar 'l Margaritu l-ewwel [[konti ta' Malta]] (1192). It-titlu tal-konteja ta' Malta kien iġib miegħu ġid enormi u sehem inportanti, daqs tal-portijiet ta' Brindisi u Messina, fl-infrastruttura tat-tħejjija tal-frejgati tar-re, l-ankraġġ u l-impieg tal-baħrin.

Reviżjoni ta' 13:46, 30 Settembru 2009

Margaritu ta' Brindisi, jew Margaritun (Brindisi, madwar 1145 circa – 1197 jew 1200), kien ammirall tar-Renju Normann ta' Sqallija u l-ewwel konti ta' Malta.

Stampa:Margaritu.gif
Margaritu f'inciżjoni tsa-seklu 17

Il-ħajja

Margaritu, li ssuċċida l-ammiralli Ġorġ ta' Antijokja u Maione ta' Bari, mexxa l-flotta Normanna fir-renji ta' Guliermu II ta' Sqallija (1166-1189) u Tankredi ta' Sqallija (1189–1194). X'aktarx beda l-karriera tiegħu bħala pirata Grieg u forsi veru li ismu Margaritus hi l-forma Latina tal-kelma Griega Megareites (= ta' Megara). Għażel il-belt ta' Brindisi minħabba l-port tagħha, eċċezjonali għall-kobor, sigurtà u l-lokazzjoni ġeografika tajba tiegħu. Kien jgħix u jżomm il-parti l-kbira tal-flotta hemm. In-nies ta' żmienu kellhom rispett kbir għall-kwalitajiet li kellu tant li kienu jsejħulu Rex maris jew Novus Neptunus; l-għedewwa tiegħu kienu jibżgħu ħafna minnu u ma kienux iqisuh ħlief arċipirata.

Margaritu jidher għall-ewwel darba ma' ġenb Tankredi, dak iż-żmien konti ta' Lecce u f'ras il-flotta fil-ġlieda mmexxija minn Guliermu II kontra l-Biżantini; Madwar l-1185 okkupa l-gżejjer ijonji u wara assalta l-gżira ta' Patmos.

Fil-ħarifa tal-1187, ir-re Guliermu II bagħtu l-Art Imqaddsa wara li Saladin kien irrikonkwista Ġerusalemm. Margaritu, b'60 frejgata u 200 kavalier, għases ix-xtajtatiet tal-Palestina il-ħin kollu u ma ħalliex lil Saladin li jokkupa l-portijiet oħra tal-kruċjati. Fl-aħhar fl-Lulju tal-1188 niżel Tripli, u ġiegħel lil Saladin li jirtira, u keċċa s-saraċini anki minn Marqab, Latakja u Tiru.

Meta miet Guliermu (Novembru tal-1189) Margaritu mar lura Sqallija u appoġġa bil-qawwa lil Tankredi fil-ġlieda għat-tron. Xorta waħda, is-sena ta' wara kellu jħalli l-port ta' Messina minħabba l-attakk minn Rikkardu Qalb ta' Ljun li għamel ħerba mill-belt (4 ta' Ottobru 1190). Margaritu dejjem iddefenda l-interessi ta' Tankredi fuq kollox fil-konfronti tiegħu mar-re tal-Germanja Enriku VI, li kien iżżewweġ iz-zija ta' Tankredi, Costanza d'Altavilla u dehrlu li kellu dritt għar-renju ta' Sqallija.

Imma meta miet Tankredi (20 ta' Frar 1194) sar iżjed faċli għal Enriku VI biex jikseb il-konkwista tar-renju. Markuvaldu ta' Annweiler, f'ras il-flotta ta' frejgati Piżanin, Ġenoviżi, u Ingliżi, l-ewwel ġiegħel 'l Napli u Messina jċedu u mbagħad assedja 'l Palermo, li Margaritu ddefenda bl-aħrax sal-20 ta' Novembru. Fil-patti tar-reża, Margaritu kiseb li konkwistaturi ma jgħamlux ħerba minn Palermo u li jiġi rispettati l-ħajjiet Sibilla ta' Acerra, l-armla ta' Tankredi, u ulieda. Però, erbagħt ijem wara l-inkurunazzjoni ta' Enriku VI (fil-Milied ta' 1194), Sibilla u ulieda ma nobbli oħra tal-qorti Normanna (li fosthom kien hemm Margaritu), ġew akkużati b'rewwixta kontra Enriku, intefgħu il-ħabs u intbagħtu l-Ġermanja.

Xi storiċi jsostnu li Margaritu miet il-Ġermania fl-1197, wara li ġie mgħama u emaskulat. Oħrajn isostnu li ta' min jemminha l-istorja fil-Kronaka ta' Ruġġier ta' Hoveden, li skontha fis-sena 1200, Margaritu, kważi għama qiegħed ruħu fis-servizz tar-re ta' Franza, Filippu II u waqt li kien sejjer Brindisi fejn kien ġabar flotta, miet Ruma maqtul minn seftur tiegħu.

Il-familja

Meta Enriku VI assedja 'l Napli fis-sajf tal-1191, Margaritu mar jiġri jiddefendi l-belt, attakka l-frejgati minn Pisa u ħeles il-port. Sadattant f'Salerno Costanza ttieħdet priġuniera u nġiebet Messina. Forsi kien f'din l-okkażżjoni ta' suċċess kbir li Tankredi ħatar 'l Margaritu l-ewwel konti ta' Malta (1192). It-titlu tal-konteja ta' Malta kien iġib miegħu ġid enormi u sehem inportanti, daqs tal-portijiet ta' Brindisi u Messina, fl-infrastruttura tat-tħejjija tal-frejgati tar-re, l-ankraġġ u l-impieg tal-baħrin.