Margaritu ta' Brindisi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 9: Linja 9:


Fil-ħarifa tal-1187, ir-re Guliermu II bagħtu l-Art Imqaddsa wara li [[Saladin]] kien irrikonkwista [[Ġerusalemm]]. Margaritu, b'60 frejgata u 200 kavalier, għases ix-xtajtatiet tal-[[Palestina]] il-ħin kollu u ma ħalliex lil Saladin li jokkupa l-portijiet oħra tal-kruċjati. Fl-aħhar fl-Lulju tal-1188 niżel [[Tripli]], u ġiegħel lil Saladin li jirtira, u keċċa s-saraċini anki minn Marqab, Latakja u [[Tiru]].
Fil-ħarifa tal-1187, ir-re Guliermu II bagħtu l-Art Imqaddsa wara li [[Saladin]] kien irrikonkwista [[Ġerusalemm]]. Margaritu, b'60 frejgata u 200 kavalier, għases ix-xtajtatiet tal-[[Palestina]] il-ħin kollu u ma ħalliex lil Saladin li jokkupa l-portijiet oħra tal-kruċjati. Fl-aħhar fl-Lulju tal-1188 niżel [[Tripli]], u ġiegħel lil Saladin li jirtira, u keċċa s-saraċini anki minn Marqab, Latakja u [[Tiru]].

Meta miet Guliermu (Novembru tal-1189) Margaritu mar lura Sqallija u appoġġa bil-qawwa lil Tankredi fil-ġlieda għat-tron. Xorta waħda, is-sena ta' wara kellu jħalli
l-port ta' [[Messina]] minħabba l-attakk minn [[Rikkardu Qalb ta' Ljun]] li għamel ħerba mill-belt (4 ta' Ottobru 1190). Margaritu dejjem iddifenda l-interessi ta' Tankredi fuq kollox fil-konfronti tiegħu mar-re tal-Germanja [[Enriku VI]], li kien iżżewweġ iz-zija ta' Tankredi, [[Costanza d'Altavilla]] u dehrlu li kellu dritt għar-renju ta' Sqallija.


[[ca:Margaritone de Bríndisi]]
[[ca:Margaritone de Bríndisi]]

Reviżjoni ta' 09:06, 30 Settembru 2009

Margaritu ta' Brindisi, jew Margaritun (Brindisi, madwar 1145 circa – 1197 jew 1200), kien ammirall tar-Renju Normann ta' Sqallija u l-ewwel konti ta' Malta.

Stampa:Margaritu.gif
Margaritu f'inciżjoni tsa-seklu 17

Il-ħajja

Margaritu, li ssuċċida l-ammiralli Ġorġ ta' Antijokja u Maione ta' Bari, mexxa l-flotta Normanna fir-renji ta' Guliermu II ta' Sqallija (1166-1189) u Tankredi ta' Sqallija (1189–1194). X'aktarx beda l-karriera tiegħu bħala pirata Grieg u forsi veru li ismu Margaritus hi l-forma Latina tal-kelma Griega Megareites (= ta' Megara). Għażel il-belt ta' Brindisi minħabba l-port tagħha, eċċezjonali għall-kobor, sigurtà u l-lokazzjoni ġeografika tajba tiegħu. Kien jgħix u jżomm il-parti l-kbira tal-flotta hemm. In-nies ta' żmienu kellhom rispett kbir għall-kwalitajiet li kellu tant li kienu jsejħulu Rex maris jew Novus Neptunus; l-għedewwa tiegħu kienu jibżgħu ħafna minnu u ma kienux iqisuh ħlief arċipirata.

Margaritu jidher għall-ewwel darba ma' ġenb Tankredi, dak iż-żmien konti ta' Lecce u f'ras il-flotta fil-ġlieda mmexxija minn Guliermu II kontra l-Biżantini; Madwar l-1185 okkupa l-gżejjer ijonji u wara assalta l-gżira ta' Patmos.

Fil-ħarifa tal-1187, ir-re Guliermu II bagħtu l-Art Imqaddsa wara li Saladin kien irrikonkwista Ġerusalemm. Margaritu, b'60 frejgata u 200 kavalier, għases ix-xtajtatiet tal-Palestina il-ħin kollu u ma ħalliex lil Saladin li jokkupa l-portijiet oħra tal-kruċjati. Fl-aħhar fl-Lulju tal-1188 niżel Tripli, u ġiegħel lil Saladin li jirtira, u keċċa s-saraċini anki minn Marqab, Latakja u Tiru.

Meta miet Guliermu (Novembru tal-1189) Margaritu mar lura Sqallija u appoġġa bil-qawwa lil Tankredi fil-ġlieda għat-tron. Xorta waħda, is-sena ta' wara kellu jħalli l-port ta' Messina minħabba l-attakk minn Rikkardu Qalb ta' Ljun li għamel ħerba mill-belt (4 ta' Ottobru 1190). Margaritu dejjem iddifenda l-interessi ta' Tankredi fuq kollox fil-konfronti tiegħu mar-re tal-Germanja Enriku VI, li kien iżżewweġ iz-zija ta' Tankredi, Costanza d'Altavilla u dehrlu li kellu dritt għar-renju ta' Sqallija.