Margaritu ta' Brindisi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1: Linja 1:
{{WIP|Leli Forte}}
{{WIP|Leli Forte}}
'''Margaritu ta' Brindisi''', jew Margaritun (Brindisi, madwar 1145 circa – 1197 jew 1200), kien ammirall tar-Renju [[Normanni|Normann] ta' [[Sqallija]] u l-ewwel konti ta' [[Malta]].
'''Margaritu ta' Brindisi''', jew Margaritun (Brindisi, madwar 1145 circa – 1197 jew 1200), kien ammirall tar-Renju [[Normanni|Normann]] ta' [[Sqallija]] u l-ewwel konti ta' [[Malta]].
[[Stampa:margaritu.gif|thumb|Margaritu f'inciżjoni tsa-seklu 17]]
[[Stampa:margaritu.gif|thumb|Margaritu f'inciżjoni tsa-seklu 17]]



Reviżjoni ta' 08:45, 30 Settembru 2009

Margaritu ta' Brindisi, jew Margaritun (Brindisi, madwar 1145 circa – 1197 jew 1200), kien ammirall tar-Renju Normann ta' Sqallija u l-ewwel konti ta' Malta.

Stampa:Margaritu.gif
Margaritu f'inciżjoni tsa-seklu 17

Il-ħajja

Margaritu, li ssuċċida l-ammiralli Ġorġ ta' Antijokja u Maione ta' Bari, mexxa l-flotta Normanna fir-renji ta' Guliermu II ta' Sqallija (1166-1189) u Tankredi ta' Sqallija (1189–1194). X'aktarx beda l-karriera tiegħu bħala pirata Grieg u forsi veru li ismu Margaritus hi l-forma Latina tal-kelma Griega Megareites (= ta' Megara). Għażel il-belt ta' Brindisi minħabba l-port tagħha, eċċezjonali għall-kobor, sigurtà u l-lokazzjoni ġeografika tajba tiegħu. Kien jgħix u jżomm il-parti l-kbira tal-flotta hemm. In-nies ta' żmienu kellhom rispett kbir għall-kwalitajiet li kellu tant li kienu jsejħulu Rex maris jew Novus Neptunus; l-għedewwa tiegħu kienu jibżgħu ħafna minnu u ma kienux iqisuh ħlief arċipirata.

Margaritu jidher għall-ewwel darba ma' ġenb Tankredi, dak iż-żmien konti ta' Lecce u f'ras il-flotta fil-ġlieda mmexxija minn Guliermu II kontra l-Biżantini; Madwar l-1185 okkupa l-gżejjer ijonji u wara assalta l-gżira ta' Patmos.

Fil-ħarifa tal-1187, ir-re Guliermu II bagħtu l-Art Imqaddsa wara li Saladin kien irrikonkwista Ġerusalemm. Margaritu, b'60 frejgata u 200 kavalier, għases ix-xtajtatiet tal-Palestina il-ħin kollu u ma ħalliex lil Saladin li jokkupa l-portijiet oħra tal-kruċjati. Fl-aħhar fl-Lulju tal-1188 niżel Tripli, u ġiegħel lil Saladin li jirtira, u keċċa s-saraċini anki minn Marqab, Latakja u Tiru.