Nicolò Isouard: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
Linja 22: Linja 22:
Il-kompożizzjonijiet tiegħu inkludew opri, kanzunetti, dwetti u xogħlijiet oħra bħal ''La Paix'', li kiteb għall-okkażjoni tat-Trattat ta’ Amiens. Bejn is-snin 1805 u 1817, il-popolarità ta’ Nicolò Isouard kienet fl-aqwa taħa peress li x-xogħol tiegħu beda jindaqq fl-Opéra-Comique meta kiteb numru ta’ opri liriċi b'libretti bil-Franċiż, inklużi ''Cendrillon'', (opra fuq Cinderella, forsi l-aħjar biċċa mużika li kiteb), ''Jeannot et Colin''u ''Joconde'' li għamlu suċċess kbir.

[[Image: Nicolo_Isouard_2.jpg |thumb|right|210px| Bust ta' Isouard, Theatru ta' l'Opéra-Comique]]
[[Image: Nicolo_Isouard_2.jpg |thumb|right|210px| Bust ta' Isouard, Teatru ta' l'Opéra-Comique]]

B’kollox Nicolò ikkompona 42 opra u xi wħud minnhom kellhom rappreżentazzjoni Berlin, Copenhagen, Ruma, Londra, Budapest, San Pietruburgu, Moska u fi bliet oħra. Ikkompona wkoll quddies, motetti, kantati u romanzi. Meta fis-sena 1817 il-kompożitur François-Adrien Boieldieu mar lura Franza mir-Russja, Isouard iffaċċja kompetizzjoni kbira. Infatti fl-istess sena Boieldieu ġie elett minflok Nicolò Isouard biex jimla l-post f "l'Institut de France" li tbattal meta miet Étienne-Nicolas Méhul, pożizzjoni mportanti ħafna fil-qasam mużikali. Din Nicolò ħadha bi kbira wisq u dar għax-xorb, li kien il-bidu tat-tmiem tiegħu. F’qasir żmien is-saħħa ta’ Nicolò Isouard marret lura ħafna u l-mara u t-tfal abbandunawh. Miet fit-23 ta’ Marzu tas-sena 1818 fl-età ta’ 43 sena.

Reviżjoni ta' 14:22, 23 Settembru 2009

Nicolò Isouard (30 ta’ Mejju, 1775 [1] – 23 ta’ Marzu, 1818) kien kompożitur Malti, famuż Pariġi għax-xogħol tiegħu fit-Théâtre de l'Opéra-Comique

Stampa:Nicolo Isouard.jpg
Nicolò Isouard

Bijografija

Nicolò Isouard twieled f’Ħaż-Żebbuġ, Malta, bin Fortunato Isouard Xuereb u Maria Helena née Lombard Rigord.

Fl-1790, ta’ ħmistax-il sena, missieru Fortunato, li kien negozjant, bagħatu jistudja fil-Kulleġġ Militari, l-Italja kif ukoll f’Pariġi fejn studja l-kummerċ. Minħabba r-Rivoluzzjoni Franċiża li faqqgħet fl-1789, Nicolò kellu jabbanduna l-istudju u jmur lura Malta. Kontra x-xewqat ta’ missieru, Malta studja l-mużika taħt is-Surmast Don Michelangelo Vella (1715–1792) u s-Surmast Francesco Azzopardi (1745–1809), il-magħruf ‘Maestro di Cappella’. Dawn ikkonvinċew 'il-missieru biex jibagħtu jkompli jistudja l-mużika Palermo. Hemm studja taħt Giuseppe Amendola u wara mar Napli fejn studja taħt Nicola Sala u Pietro Alessandro Guglielmi.

L-ewwel opra tiegħu Casaciello Persiguitato da un Mago ittellgħet fit-Teatru Manoel il-belt Valletta fl-1793. (Isouard kellu 18-il sena). It-tieni waħda, L’Avviso ai Maritati, li ttellgħet Firenze fl-1794, ma tantx irnexxiet, imma t-tieni waħda Artaserse, li saret f’Livorno sena wara fl-1795, għamlet suċċess ikbar.

Fuq talba tal-Gran Mastru ta' l-Ordni tal-Kavalieri ta' Malta, De Rohan, Nicolò Isouard reġa’ lura Malta u l-Gran Mastru onorah billi għamlu Donat fl-Ordni u wara ħatru prim organista. Kompla jikkomponi aktar mużika imma l-maġġoranza kienet mużika sagra fuq versi tal-Gran Mastru De Rohan innifsu. Fl-1796 laħaq ‘Maestro di Cappella’ f'San Ġwann, il-Knisja Konventwali tal-Ordni il-belt Valletta. Fl-istess sena żżewweġ 'l Partemia Dimech [2]. Bejn l-1794 sal-okkupazzjoni tal-Franċiżi f’Malta, Isouard ikkompona ħames opri, fosthom I Due Avari, Rinaldo d’Asti u Il Barbiere di Siviglia. Matul l-okkupazzjoni tal-Franċiżi f’Malta nħatar Kummissarju tat-Teatru Manoel.

Fis-sena 1800, Nicolò Isouard mar lura Pariġi fejn fl-1812 iżżewweġ lil Claudine Berthault[3]. Kif wasal Pariġi, Isouard iltaqa’ mal-pjanista Rigel li ntroduċih mal-vjolinista u kompożitur prolifiku Rodolphe Kreutzer (1766–1831), apprezzat ħafna minn Beethoven, awtur ta’ iżjed minn erbgħin opra. Bl-appoġġ ta’ Kreutzer, l-opra Le Petit Page ou La Prison d’État ta’ Isouard ġiet ippreżentata Pariġi fl-1800. Fl-1801, l-opra Flaminius à Corinthe (diretta u ffirmata wkoll minn Kreutzer) kellha l-premier Pariġi kif ukoll l-opra Il-Bottaio u l-verżjoni Franċiża ta’ L’Improvisata in Campagna (l’Impromptu de campagne).

Xi awturi jsostnu li meta l-Franċiżi kienu Malta (1798-1800), Isuoard kien segretarju tal-ġeneral Belgrand de Vaubois u li ltaqa’ ma’ l-pjanista Rigel għax dan kien mar Malta ma’ Napuljun. Wara t-telfa tal-Franċiżi, Belgard ħa 'l Isouard miegħu Pariġi[4].

Għall-ewwel sab diffikultà kbira biex jistabillixi ismu bħala kompożitur imma f’qasir żmien il-poplu in ġenerali aċċetta x-xogħol tiegħu fil-qasam mużikali u l-popolarità kibret. Il-kompożizzjonijiet tiegħu inkludew opri, kanzunetti, dwetti u xogħlijiet oħra bħal La Paix, li kiteb għall-okkażjoni tat-Trattat ta’ Amiens. Bejn is-snin 1805 u 1817, il-popolarità ta’ Nicolò Isouard kienet fl-aqwa taħa peress li x-xogħol tiegħu beda jindaqq fl-Opéra-Comique meta kiteb numru ta’ opri liriċi b'libretti bil-Franċiż, inklużi Cendrillon, (opra fuq Cinderella, forsi l-aħjar biċċa mużika li kiteb), Jeannot et Colinu Joconde li għamlu suċċess kbir.

Stampa:Nicolo Isouard 2.jpg
Bust ta' Isouard, Teatru ta' l'Opéra-Comique

B’kollox Nicolò ikkompona 42 opra u xi wħud minnhom kellhom rappreżentazzjoni Berlin, Copenhagen, Ruma, Londra, Budapest, San Pietruburgu, Moska u fi bliet oħra. Ikkompona wkoll quddies, motetti, kantati u romanzi. Meta fis-sena 1817 il-kompożitur François-Adrien Boieldieu mar lura Franza mir-Russja, Isouard iffaċċja kompetizzjoni kbira. Infatti fl-istess sena Boieldieu ġie elett minflok Nicolò Isouard biex jimla l-post f "l'Institut de France" li tbattal meta miet Étienne-Nicolas Méhul, pożizzjoni mportanti ħafna fil-qasam mużikali. Din Nicolò ħadha bi kbira wisq u dar għax-xorb, li kien il-bidu tat-tmiem tiegħu. F’qasir żmien is-saħħa ta’ Nicolò Isouard marret lura ħafna u l-mara u t-tfal abbandunawh. Miet fit-23 ta’ Marzu tas-sena 1818 fl-età ta’ 43 sena.

L-opri tiegħu Jeannot et Colin, Aladin ou La Lanterne Magique (li spiċċaha l-kollega Taljan tiegħu Angelo Maria Benincorsi fl-1821) u Une Nuit de Gustave Wasa, ispirata mix-xogħol ta’ Alexis Piron, kellhom il-premiere Pariġi wara mewtu fl-1818, 1822 u fl-1825.

Ma’ Luigi Cherubini, Méhul, Pierre Rode, Kreutzer u Boïeldieu , Isouard kien waqqaf id-dar editorjali Le magasin de musique, Pariġi fl-1802.

Bosta professuri tal-mużika, kompożituri, poeti u ħbieb taw l-aħħar tislima lil Isouard fil-funeral tiegħu li kien akkumpanjat minn marċi funebri. Fost dawk li ġarru t-tebut kien hemm il-kompożituri Henri Montan Berton u Cherubini flimkien ma' l-awtur Étienne-Joseph-Bernard Delrieu. Indifen fil-knisja Notre Dame des Victoires imma wara ġismu tmexxa għaċ-ċimiterju Père Lachaise[4].

Fil-faċċata ta’ l'Opéra-Comique hemm bust ta’ dan il-kompożitur Malti fost il-bustijiet ta’ kompożituri oħra kif ukoll waħda mil-pjazzez ta’ Pariġi hija msemmija għalih. Matul iż-żmien, bosta awturi ta’ l-istorja kienu jaħsbu li dan il-kompożitur famuż Malti kien ta’ nisel Franċiż minħabba il-pronunzja ta’ kunjomu u l-assoċjazzjoni li kellu ma' l'Opéra-Comique ta’ Pariġi.

Nicolò Isouard ħalla żewgt itfal bniet Sophie-Nicole (1809-?), kompożitriċi tar-rumanzi, u Annette-Julie (1814-1876), pjanista u kompożitriċi. Ħuh, Joseph (1794-1863), għamel karriera bħala kantant u direttur ta' l-opri u wara nħatar ispettur tal-Monumenti storiċi fil-belt ta' Rouen.

L-isem Nicolò Isouard huwa sinonimu ma’ banda fil-Mosta li ġġib ismu, is-Soċjetà Filarmonika Nicolò Isouard. Il-kumitat ta’ din is-Soċjetà kellu sodisfazzjon kbir meta fl-1990, wara ħafna attentati rnexxielu jixtri minn Franza tmien kotba oriġinali bl-opri ta’ Nicolò Isouard.

Noti u referenzi

  1. ^ Jidher li hemm xi konfużjoni dwar id-data tat-twelid. Il-verżjoni Franċiża ta' dan l-artiklu tagħti t-18 ta’ Mejju 1773 u l-verżjoni Ġermaniża tagħti s-6 ta' Diċembru 1775.
  2. ^ [1]
  3. ^ Ma nafux jekk l-ewwel mara kinetx mietet, però jidher li kien faċli ħafna li tiddivorzja fi żmien Napuljun (ara pereżempju w:fr:Divorce#Le_divorce_en_France_depuis_la_R.C3.A9volution.)
  4. ^ a b [2]

Xogħlijiet

  • L'Avviso a Maritati, Opra, 1794
  • Artaserse, re di Persia, Opra serja, 1794
  • Il barbiere di Siviglia, Opra buffa (ibbażata fuq Beaumarchais), 1796
  • Rinaldo d'Asti, Dramma giocoso, 1796
  • L'improvvisata in campagna, Opra buffa, 1797
  • I due avari, Commedia per musica, 1797
  • Il bottaio, Opéra comique, 1798
  • Il barone d'Alba chiara, Commedia per musica, 1798
  • Ginevra di Scozia, Dramma serio eroico, 1798
  • Le Petit Page ou La Prison d'état, Opra, 1800
  • Flaminius à Corinthe, Opra, 1801
  • La Statue ou La Femme avare, Opéra comique, 1802
  • Michel-Ange, Opra, 1802
  • Les Confidences, Opra, 1803
  • Le Baiser et la quittance ou Une aventure de garnison, Opéra comique, 1803
  • Le Médecin turc, Opéra bouffon, 1803
  • L'Intrigue aux fenêtres, Opra, 1805
  • La ruse inutile ou Les Rivaux par convention, Opra, 1805
  • Léonce ou Le Fils adoptif, Opra, 1805
  • La Prise de Passaw, Opéra comique, 1806
  • Le Déjeuner de garçons, Comédie mêlée de musique, 1806
  • Idala ou La Sultane, Opéra comique, 1806
  • Les Rendez-vous bourgeois, Opéra bouffon, 1807
  • Les Créanciers ou Le Remède à la goutte, Opera comique, 1807
  • Un jour à Paris ou La Leçon singulière, Opéra comique, 1808
  • Cimarosa, Opéra comique, 1808
  • Zélomir ou L'Intrigue au sérail, Opéra comique, 1809
  • Cendrillon, Opéra féerie, (ibbażata fuq Charles Perrault), 1810
  • La Victime des arts ou La Fête de famille, Opéra comique, 1811
  • La Fête de village ou L'Heureux militaire, Opéra comique, 1811
  • Le Billet de Loterie, Opéra comique, 1811
  • Le Magicien sans magie, Opéra comique, 1811
  • Lulli et Quinault ou Le Déjeuner impossible, Opéra comique, 1812
  • Le Prince de Catane, Opra, 1813
  • Le Français à Venise, Opéra comique, 1813
  • Bayard à Mézières ou Le Siège de Mézières, Opéra comique, 1814
  • Joconde ou Les Coureurs d'aventures, Opéra comique, 1814
  • Jeannot et Colin, Opéra comique, 1814
  • Les Deux Maris, Opéra comique, 1816
  • L'Une pour l'autre ou L'Enlèvement, Opéra comique, 1816
  • Aladin ou La Lampe merveilleuse, Opéra féerie, 1822 (mtella' wara mewtu)
  • Une nuit de Gustave Wasa, Opra, 1825 (mtella' wara mewtu)