Plutone (mitoloġija): Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
m +it, pt, sim
Linja 15: Linja 15:
[[es:Plutón (mitología)]]
[[es:Plutón (mitología)]]
[[fr:Pluton (mythologie)]]
[[fr:Pluton (mythologie)]]
[[it:Plutone (mitologia)]]
[[ja:プルート]]
[[ja:プルート]]
[[la:Pluto (deus)]]
[[la:Pluto (deus)]]
[[nl:Pluto (godheid)]]
[[nl:Pluto (godheid)]]
[[pl:Pluton (bóg)]]
[[pl:Pluton (bóg)]]
[[pt:Plutão (mitologia)]]
[[simple:Pluto (god)]]
[[sk:Pluto (boh)]]
[[sk:Pluto (boh)]]
[[sr:Плутон (митологија)]]
[[sr:Плутон (митологија)]]

Reviżjoni ta' 17:57, 15 Jannar 2006

Plutone huwa figura tal-mitoloġija Rumana, l-alla tal-mejtin u tal-dinja l-oħra. Jikkorrispondi għall-alla tal-mitoloġija Griega, Ade. Plutone, li xi mdaqqiet kienu jsibuh ukoll bħala Dite, kien miżżewweġ lil Proserpina.

Flimkien ma' Ġove u Nettunu, Plutone għen biex iwaqqgħu lil missierhom, Saturnu mill-poter. Huma u jaqsmu d-dinja bejniethom, Ġove għażel is-smewwiet bħala r-renju tiegħu, l-għażla ta' Nettunu waqgħet fuq is-saltna tal-baħar, waqt li Plutone laħaq ir-renjant tad-dinja ta' taħt.

Oriġinarjament kien meqjus bħala alla aħrax u bla ħniena, li la jagħti widen lit-talb u wisq anqas lis-sagrifiċċji. Il-karatteristiċi twajba u inqas feroċi tiegħu iżda, tperrċu fil-kulti u fit-twemmin popolari fejn deher bħala għajn ta' prosperità u providenza għaliex kien irodd ħwejjeġ merfugħin taħt l-art bħall-minerali u l-prodotti tar-raba'. Ta' spiss il-kult tiegħu kien jiġi assoċjat ma dak ta' Ċerere.



Mitoloġija Rumana

Ġove | Ġunone | Nettunu | Apollo | Merkurju | Venere | Marte | Minerva | Diana | Bakku | Plutone | Muse
Kupidu | Saturno | Vulkan | Giano | Nike | Cerere | Ruma | Abbondanza | Esculapio | Flora | Awrora
Persunaġġi
Enea | Romolo | Remo | Erkole | Karonte | Didone | Askanjo